Il-PL “se jeżamina l-liġi” tal-IVF

  • Lul 29, 2012 11:45
  • Miktub minn
"

    Fl-ewwel referenza pubblika tiegħu għal-liġi tal-IVF, il-Mexxej Laburista Joseph Muscat qal li l-Partit Laburista se jkun qiegħed jeżamina din il-liġi.

    “Nemmnu li kien hemm xi forma ta’ pressjoni wara li tkellimna u stqarrejna li se nippreżentawha bħala l-ewwel liġi ta’ gvern ġdid. Se nistudjaw is-sitwazzjoni biex din il-liġi jsirilha t-titjib li hemm bżonn. Meta jkun il-waqt naġixxu aħna wkoll,” qal Joseph Muscat f’referenza qasira għal din il-liġi, meta kien qiegħed jitkellem f'Ħal Tarxien.

    Intant, waqt l-istess laqgħa Muscat kellu kliem ta’ kritika għat-tmexxija ekonomika tal-gvern. Fakkar kif f’Novembru l-Prim Ministru kien qal li d-defiċit għal din is-sena kellu jkun €50 miljun inqas mill-2011, iżda sa Ġunju li għadda żdied bi €83 miljun.

    “Issa sal-aħħar tas-sena jirranġa mhux billi jaqta’ l-ħela imma billi jdur fuq in-nefqa kapitali,” qal Joseph Muscat li rrefera għall-kuntratt mal-Maltco u kif il-gvern, dħul ta’ għaxar snin, “xorbu” fuq sena waħda biss.

    “Ikun min ikun fil-gvern għall-għaxar snin li ġejjin mhux se jkollu ċenteżmu dħul mill-kuntratt tal-lottu pubbliku, għax il-gvern se jkun xorbu kollu matul is-sitt xhur li ġejjin,” qal Muscat.

    Żied ukoll li l-mira tad-dejn kienet riveduta għal diversi drabi fi tmien xhur. “Il-gvern qal li se jżid id-dejn b’€100 miljun. Minflok fl-ewwel xhur ta’ din is-sena qabeż it-€310 miljun,” qal Muscat.

    Muscat għamel referenza wkoll għall-ewwel kungress li se jkun qiegħed jorganizza l-Partit Laburista f’Settembru li ġej. “Se nikkonsultaw u nuru l-fasla tat-triq ta’ fejn iridu nwasslu lil dan il-pajjiż,” qal Muscat.

    (Ritratt u Filmat: Roger Azzopardi),

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0