Maratonalbanda 2019

  • Mar 18, 2019 16:30
  • Miktub minn iNews
"

    Il-weekend li ġej fl-imġarr se tiġi organizzata l-attività Maratonalbanda. Din se tkun b’risq il-banda tal-Imġarr. L-attività se tibda s-Sibt filgħaxija b’Torti night fil-maħżen tal-knisja tal-Imġarr. Waqt it-Torti night se jkun hemm varjetà. Mistiedna speċjali se jkunu il-grupp Żgħażugħ Leon,Cassidy Jade & Klara, Gaia Cauchi,Rachrell Lowell ,Odessa u Renato.

    Fil-jum tal-Ħadd  fil-pjazza tal-knisja u fil-maħżen se jkunu organizzati diversi attivitajiet. Fost dawn l-attivitajiet filgħodu se jkun hemm Car show, Car Wash ,Music Buzz u Fun-tastic Games għat-tfal.Wara nofsinhar se jkun hemm high tea. Tul il-jum se jkun hemm petting farm u bejgħ ta’ kotba, pjanti, ħelu,frawli ħaxiex, ikel u xorb.Il-qofol tsl-attivita jintlaħaq filgħaxija meta fis-6pm se jitwaqqaf rekord nazzjonali tac-Chicken Nuggets. Wara jkun hemm il-gran final bis-sehem tal-banda tal-Imġarr.

    Żgur li din l-attività ħadd m’għandu jitlef,għalhekk narawkom nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġej fl-Imġarr għall-attivita Maratonalbanda. Min jixtieq iktar dettalji jew jibbukja għal xi avveniment hu mitlub iċempel jew jibgħat sms fuq 79674678. Il-kumitat eżekuttiv tas-Soċjetà Filarmonika Marija Mtellgħa s-Sema tal-Imġarr li qed torganiżża din l-attività jixtieq jirringrazjakom tas-sapport tagħkom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0