Passiġġier jispiċċa b'imnieħru migdum barra waqt ġlieda fuq titjira tar-Ryanair

  • Mar 17, 2019 18:28
  • Miktub minn iNews
"

    Rapporti fil-midja Ingliża qed jgħidu li passiġġier abbord titjira tar-Ryanair spiċċa “b’imnieħru migdum barra” wara ġlieda brutali li nqalgħet waqt li l-ajruplan kien jinsab f’nofs sema.

    Il-ġlieda seħħet ilbieraħ waqt titjira mill-ajruport ta’ Glasgow Prestwick lejn Tenerife. Passiġġieri li kienu abbord it-titjira qalu li l-ġlieda damet għaddejja għal madwar 20 sekonda qabel ma intervjenew il-membri tal-ekwipaġġ u b’xi mod irnexxilhom jifirdu liż-żewġ irġiel.

    Iż-żewġ passiġġieri kienu arrestati mill-pulizija ta’ Tenerife hekk kif it-titjira għamlet l-inżul tagħha fl-ajruport.

    Dan l-inċident seħħ xahar wara li titjira tar-Ryanair minn Glasgow Prestwick lejn Malaga kellha tiġi dirottata wara ġlieda qalila li wasslet għal kaos sħiħ abbord l-ajruplan.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0