'Malta uriet solidarjetà... nistennew li ħaddieħor jagħmel l-istess'

  • Mar 16, 2019 08:50
  • Miktub minn iNews
"

    Fl-aħħar jiem u waqt li kien qed isir Kunsill tal-Ministri tal-Intern dwar l-immigrazzjoni, li fih ġew ippreżentati għadd ta’ proposti, il-Prim Ministru Ungeriż Viktor Orban tkellem f’sens li jekk pajjiżi Ewropej jisfurzaw oħrajn biex jimplimentaw bilfors miżuri dwar l-immigrazzjoni, hemm riskju kbir li l-Unjoni Ewropea tinqasam.

    Inewsmalta tkellmet mal-Ministru għall-Intern, Michael Farrugia fejn hu ddikjara li Malta qed taqbel mal-pakkett preżentat u trid li dan jiġi adottat b’mod sħiħ u mhux partijiet biss minnu kif inhi t-talba ta’ xi pajjiżi. Il-Ministru Farrugia qalilna li Malta dejjem uriet solidarjetà u dejjem wettqet dak li ftehmet għalih anke meta kien hem il-ftehim ta’ rilokazzoni ta’ immigranti mill-Greċja u l-Italja. Nistennew li ħaddieħor jagħmel l-istess”, qallna l-Ministru. 


    Il-kwistjoni tal-immigrazzjoni ma waqfitx… xorta rridu nkunu viġilanti

    Fl-aħħar sigħat, il-Kummissjoni Ewropa ħarġet dik li sejħet ‘fact sheet’ li permezz tagħha iddeskriviet dawk li hi qieset li huma ‘ħrejjef’ li qed jingħadu dwar l-immigrazzjoni u dawk li huma veritajiet. F’din l-informazzjoni, kien dikjarat li l-kriżi tal-immigrazzjoni għall-Ewropa għaddiet, dikjarazzjoni li qajmet kontroversja sħiħa. Wara din id-dikjarazzjoni kien hemm ukoll il-Kunsill tal-Ministri tal-Intern, li ddiskuta sett ta’ proposti, b’x pajjiżi tal-lvant tal-Ewropea jisħqu li parti biss mill-proposti għandhom jiġu adottati. F’dan l-isfond kollu, il-Prim Ministru Ungeriz, Viktor Orban, iddikjara li jekk xi pajjiżi se jippruvaw jimponu miżuri fuq l-immigrazzjoni fuq pajjiżi oħra, hemm riskju kbir li l-Unjoni Ewropea tinqasam. Inewsmalta tkellmet mal-Ministru għall-Intern Michael Farrugia, wara li attenda Kunsill tal-Ministri fl-aħħar sigħat. Qalilna li l-pożizzjoni tal-Gvern Malti hi dik li l-pakkett għandu jiġi adottat sħiħ u mhux partijiet minnu. Spjega ukoll li mhux fl-interess ta’ Malta li dan l-pakkett jinqasa. Saħaq li “Malta dejjem wettqt dak li ppriedkat fejn tidħol is-solidarjetà u kienet wieħed minn żewġ pajjiżi li ħadet l-ammont kollu li wegħdet f’dawk li huma immigranti miżmuma fil-Greċja u l-Italja. Li nistenna hu li ħaddieħor jagħmel l-istess”, qal il-Ministru Farrugia.

    Hu saħaq li “bażikament għadni kif ġejt mill-Kunsill tal-Ministri tal-Intern fejn kien hemm proposta li l-pakkett ta’ proposti li kienu qed jiġu diskussi biex b’mod komprensiv inkunu nistgħu nikkollabaraw fl-area tal-immigrazzjoni. Kien hemm proposta biex dan jinqasam u ma jkunux is-seba’ proposti li jkunu konklużi. Il-maġġoranza tal-pajjiżi qablu li jkun pakkett wieħed.  Dawn hu fl-interess ta’ pajjiżna u aħna għamilna l-pożizzjoni tagħna li l-pakkett irid ikun wieħed sħiħ għax din hi katina ta’ proposti. Ma nistgħux naqtgħu minn dik il-katina.”
    Sostna li “jekk inqabblu mas-sena 2015 nistgħu ngħidu li l-kwistjoni naqset drastikament.  Ma tfissirx illi waqfet imma tfisser li rridu xorta nkunu viġilanti. Tfisser li fil-mument illi qegħdin aktar kwieti bħala Unjoni Ewropea, nistgħu nieħdu deċiżjonijiet illi jgħaqqdu u mhux jifirdu lill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea. Fuq fl-aġenda irid ikun hemm is-solidarjetà bejn il-pajjiżi u s-solidarjetà ma tkunx biss meta hemm problema ta’ ewro jew problemi ta’ banek imma anke fil-qasam tal-immigrazzjoni. Dan minħabba l-piż kbir li qed jerfgħu l-pajjiżi fil-periferija tal-Unjoni Ewropea.”

    Tenna li “hu fatt ukoll li l-ammont ta’ immigranti li jaqsmu fiċ-ċentru naqas sostanzjalment. Hu fatt illi lejn il-punent u l-lvant tal-Mediterran fl-aħħar xhur żdied  xi ftit, imma rridu nkunu qed nieħdu l-azzjonijiet kollha neċessarji. Illum b’solidarjetà bejn il-pajjiżi qed nifhmu li nsaħħu l-ġlieda  kontra ‘smugglers business model’, nsaħħu l-istruttura li minn ma ħaqqux ażil ikun jista’ jintbagħat lura lejn pajjiżu u allura l-bżonn ta’ kollaborazzoni iktar ma’ pajjiżi li minnhom ġejin l-immigranti. Irridu ukoll aktar kollaborazzjoni bil-bidliet ta’ diversi regolamenti illi jikkordinaw li l-piż jinqasam bejn kulħadd.”

    Qal ukoll li “mhux qegħdin ngħidu li ma jistax ikollna kriżi oħra fil-futur. Imma naħseb li bħalma qal il-Kumissarju Ewropew, il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea ma jistgħux iħarsu bisss lejn pajjiżi u jaraw x’inhi s-sitwazzjoni llum, għax kapaċi llum  m’għandhomx problema u għada isibu ruħhom fi problema u huma stess jibdew jersqu ‘l quddiem biex jitolbu l-għajnuna. Bħalma Malta mhux biss talbet sappport imma anke pparteċipat fis-sapport. Meta mill-Kummissjoni Ewropea talbet biex ikun hemm persuni li jittieħdu minn ċentri fil-Greċja, Turkija u l-Italja, aħna mhux dejjem biss tlabna l-burden sharing, u dan għax meta kien hemm il-bżonn, aħna ukoll ipparteċipajna biex ngħinu pajjiżi oħrajn. Mhux talli pparteċipajna u konna wieħed minn żewġ pajjiżi li dak li konna wegħdna, wettaqnieh u wettaqna aktar milli fil-fatt konna ftehmna. Bħala pajjiż dejjem wettaqna dak li ppridtkajna.  Li nistenna hu li ħaddieħor jagħmel l-istess”, sostna l-Ministru Michal Farrugia.

    Naqsu l-immigranti għax hemm koperazzjoni mal-Libja li qed toħloq sofferenti kbar - Matteo de Bellis

    Matteo de Bellis, ir-rappreżentant ta’ Amnesty International fl-Italja, meta kkuntattjat minn inewsmalta qalilna li “hu veru li l-ammont ta’ nies li qasmu lejn il-Mediterran naqas b’mod sinifikanti fl-aħħar sentejn. Ma nistgħux ninsew li dan l-għan intlaħaq għax kien hemm koperazzjoni mal-Libja b’modi li qed jiġġeneraw sofferenzi kbar u dan partikolarment għal dawk il-persuni li jkunu intrċettati f’nofs ta’ baħar mill-Gwardji tal-Kosta Libjani, fejn imbagħad dawn l-istEss immiganti jkunu ritornati lejn il-Libja. Dawn jintbagħtu f’ċentri ta’ detenzjoni, fejn it-tortura hi l-ordni tal-ġurnata. Ma nistgħux lanqas ninsew jew ninjoraw, li waqt li hemm persuni li qed jippruvaw jaħarbu mil-Libja, illum għandna sitwazzjoni fejn il-kapaċità ta’ salvataġġi tnaqqset minħabba li bdew jittieħdu pass kriminali kontra għaqdiet non governattivi. Illum hemm ir-riskju li dgħajjes li jsalvaw in-nies jistgħu jispiċċaw imblukkati għal ġimgħat f’nofs ta’ baħar. “
    Matteo de Bellis jgħidilna li “ftit li xejn hemm lok ta’ ċelebrazzjoni. Dan sakemm ma narawx l-għeluq taċ-ċentri ta’ detenzjoni fil-Libja. Irridu ukoll naraw li l-Ewropea tiftaħ passaġġi siguri u regolari għall-immigranti, waqt li tiżgura li imbarkazzjoni u rilokazzjoni mal-kontinent Ewropea ta’ dawk salvati f’nofs ta’ baħar”.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0