Riċerkaturi Maltin b’pass aktar preċiż fl-evalwazzjoni tat-tumuri

  • Mar 16, 2019 08:10
  • Miktub minn Maria Azzopardi
"

    Riċerkaturi lokali identifikaw mod ġdid li permezz tiegħu jistgħu jsegwu kif it-tumur jista’ jinfirex f’partijiet oħra tal-ġisem. Ir-riċerka identifikat karatteristiċi ġodda li jagħmlu din is-sistema aktar preċiża. Wieħed minn dawn it-testijiet huwa f’fażi avvanzata ħafna ta’ innovazzjoni u se jiġi ikkomerċjalizzat din is-sena minn Applied Biotech Ltd.

    Dan qalu ma’ dan il-ġurnal il-Professur Godfrey Grech wara li ippreżenta r-riżultati tal-istudju lid-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne u s-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, Ekonomija Diġitali u Innovazzjoni Silvio Schembri.
    Il-Professur Grech mexxa konsorzju flimkien mal-kumpanija Applied Biotech Limited fejn bl-użu tat-teknoloġija identifikaw tumuri f'kampjuni tad-demm. L-għan ta’ din l-industrija kien li jaddattaw il-metodu biex isir innovattiv, jiġifieri ikun sempliċi biex jintuża fil-laboratorji kliniċi u r-riżultat ikun interpretat faċilment.

    F’kummenti li ta lil dan il-ġurnal, Prof. Grech qal li l-iżvilupp ta’ metodi biex l-analiżi tkun iktar preċiża u sensittiva “tipprovdi l-possibiltà li nistudjaw u naqraw karatteristiċi ġodda f’tumuri minn oriġini differenti. Barra minn hekk dawn il-metodi jistgħu jiġu użati biex naqraw l-karatteristiċi minn kampjuni differenti peress li huma aktar sensittivi.”

    Huwa spjega li l-ewwel applikazzjoni ta’ dan il-metodu hu li jiġu żvolġuti analizi li jeżistu u jsofru minn sensittività u kwalità tal-kampjun. “Bil-metodi sensittivi li żviluppajna nistgħu naqraw kampjuni żgħar, materjal ta’ kwalità baxxa, tumuri li għandhom iktar minn karatteristika waħda u naqraw ċelloli li jorriġinaw mit-tumur li jinsabu fid-demm, partikolarment f’pazjenti fejn il-kankru jinfirex.”

    Prof. Grech qalilna li biex jivvalidaw karatteristiċi ġodda, jirrikjedi aktar riċerka u “din il-fażi qed tiġi applikata għal karatteristiċi li sibna fit-tumuri tal-musrana, b’mod partikolari biex naqraw partiċelli li joriġinaw mit-tumur u jeżistu fid-demm. Kull avvanz qiegħed ġo fażi ta’ riċerka differenti u fil-fatt l-iskoperta ta’ grupp ġdid ta’ tumuri aggressivi tas-sider se jirrikjedi ħafna iktar riċerka biex jiġu ivvalidati u applikati fil-klinika.”

    Ir-riċerka tal-grupp fl-Università ta’ Malta tinkludi numru ta’ proġetti. “Nagħmlu riċerka bażika biex nifmhu l-mekkaniżmu tal-marda u nidentifikaw karatteristiċi ġodda fit-tumuri. F’dan il-proġett studjajna karatteristiċi li jinbidlu meta nqabblu tumur primarju fil-musrana ma’ tmur li nfirex mill-musrana għall-organi oħrajn. Dawn il-karatteristiċi ġew integrati fit-teknoloġija u żviluppajna metodi sensittivi li kapaċi naqraw il-partiċelli li joriġinaw miċ-ċelloli tat-tumur.”

    Mistoqsi jekk permezz ta’ din ir-riċerka ux se jgħin biex ikun hemm inqas imwiet minħabba l-kanċer, Prof. Grech qal li din ir-riċerka u l-prodott tagħha jista’ jiġi użat biex wieħed ikun aktar preċiż fl-evalwazzjoni tat-tumuri, tingħata aktar informazzjoni li tista’ tintuża biex isiru deċiżjonijiet ta’ trattament u ssegwi lill-pazjenti waqt it-trattament. “Dan kollu hu ta’ benefiċċju għal pazjent. L-isfida li għandna quddiemna hi li naddattaw il-metodi biex naqbdu t-tumur iktar kmieni u dan ukoll jgħin li t-trattamenti ikunu aktar effikaċi (dijanjożi bikrija).”

    Prof. Grech qal ukoll li diġà għandhom numru ta’ kollaborazzjoni ma’ numru ta’ universitajiet internazzjonali. “Bħala grupp ta’ riċerka aħna ukoll rikonoxxuti mill-kumpaniji minn fejn it-teknoloġiji oriġinaw u dawn dejjem tawna s-sapport dovut. F’Settembru ta’ din is-sena l-industrija ħa tagħmel launch tal-ewwel prodott fil-kungress tal-Patholoġija fl-Ewropa.”

    Il-proġett, li jismu Accurate Cancer Screening Tests (ACT), seta jsir grazzi għal €190,000 fondi mill-programm Fusion immexxi mill-Kunsill Malti għax-Xjenza u Teknoloġija (MCST) (The R&I Technology Development Programme 2016).

    Fl-intervent tiegħu, id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, qal li l-kanċer hija marda li hija personalizzata u għalkemm ngħidu kanċer ta’ organu partikolari, bħal kanċer tas-sider, lil kull persuna jaffetwa differenti. Id-Deputat Prim Ministru qal li riċerka bħal dik ippreżentata tgħinha nifhmu aktar u nittrataw lil kanċer b’mod individwalizzat. Huwa faħħar lil Professur Grech u t-team tiegħu tal-ħidma u d-dedikazzjoni tagħhom. Id-Deputat Prim Ministru żied jgħid li l-Ministeru għas-Saħħa flimkien mal-Cancer Trust Foundation se jkunu qegħdin iwaqqfu istituzzjoni biex ikomplu jiġbru aktar fondi għar-riċerka tal-kanċer.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0