Il-Prim Ministru u martu juru l-appoġġ lill-atleti tal-Olimpjadi Speċjali Maltin f’Abu Dhabi

  • Mar 15, 2019 19:57
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Prim Ministru Joseph Muscat u martu Michelle Muscat, li hija l-President tal-Kumitat ta’ Special Olympics Malta, iltaqgħu mal-kontinġent Malti ta’ madwar 50 persuna li qed jieħdu sehem fl-Olimpjadi Speċjali li qed isiru f’Abu Dhabi, fl-Emirati Għarab Magħquda.  

    Il-Prim Ministru u s-Sinjura Muscat qattgħu ftit ħin mal-atleti li qed jirrappreżentaw lil Malta f’Abu Dhabi fejn wasslulhom ix-xewqat sbieħ tal-poplu Malti u Għawdxi.

     

    Il-Prim Ministru sostna li f’dawn il-logħob Malta qed turi li tista’ tikkompeti f’diversi dixxiplini u takkwista riżultati, filwaqt li awgura l-aqwa suċċess lill-atleti Maltin. 

     

    Dr Muscat u s-Sinjura Muscat, akkumpanjati mid-Direttur ta’ Special Olympics Malta Anna Calleja, mis-Segretarju Parlamentari għaż-Żgħażagħ, Sport u Għaqdiet Volontarji Clifton Grima u mis-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis, iltaqgħu wkoll maċ-Chairman ta’ Special Olympics Tomothy Shriver fejn ġew diskussi oqsma ta’ koperazzjoni. 

     

    Iċ-Chairman tal-Kumitat tal-Olimpjadi Speċjali faħħar is-sehem u l-ħidma li qed titwettaq minn Special Olympics Malta u faħħar il-mod kif is-Sinjura Muscat hija fuq quddiem f’ħidma u koperazzjoni mal-Kumitat tal-Olimpjadi Speċjali Internazzjonali biex ikompli jitkattar il-kunċett tal-Olimpjadi Speċjali madwar l-Ewropa. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0