Toqtol lil bintha ta' tliet snin billi tgħarraqha f'banju għax sfaxxalha ż-żwieġ!

  • Mar 15, 2019 19:51
  • Miktub minn iNews
"

    Eks għalliema tal-bijoloġija nstabet ħatja li qatlet lil bintha ta’ tliet snin billi għarrqitha f’banju. U dan kollu għax kien sfaxxalha ż-żwieġ.

    Claire Coleburn ċaħdet li kienet hi li qatlet lil bintha, madankollu l-Qorti ta’ Winchester sabet lill-mara ħatja tal-akkużi miġjubin fil-konfront tagħha.

    Is-sentenza lill-mara se tkun qed tingħata nhar it-Tnejn li ġej, u hekk kif inqara l-verdett tal-ġurija hija ma għamlet l-ebda reazzjoni.

    Il-Qorti semgħet kif Coleburn “kienet misset il-qiegħ” wara li żewġha Michael iddeċieda li jtemm iż-żwieġ tagħhom. Il-koppja kienet ilha miżżewġa 16-il sena.

    Hija qajmet lil bintha Bethan fis-sigħat bikrin ta’ nhar id-19 ta’ Ottubru tal-2017 poġġietha fil-banju u għarrqitha billi bil-forza żammitha taħt l-ilma. Huwa mifhum li l-mara ppruvat kemm-il darba tieħu ħajjitha b’idha wara li qatlet lil bintha.

    Eventwalment il-mara nstabet minn ommha f’koma dijabetika 14-il siegħa wara.

    Il-ġurija semgħet kif il-mara, filwaqt li ammettiet li qatlet lil bintha, saħqet li hija għamlet hekk biex tipproteġiha minn missierha. Madankollu il-ġurija ma emmnitx din il-verżjoni.

    Il-Prosekuzzjoni qalet li madwar xahar qabel il-qtil ta’ Betahn, il-koppja kienet isseparat u r-raġel ma baqax jgħix fir-residenza matrimonjali.

    Is-sentenza se tinqara nhar it-Tnejn li ġej.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0