Il-Bank of Valletta iħabbar “prestazzjoni tajba ħafna” waqt l-2018

  • Mar 15, 2019 18:37
  • Miktub minn iNews
"

    Relatat mal-attakk ċibernetiku ta’ Frar, il-BOV jisħaq: “Dak li seħħ lilna ġara agħar minnu f’numru ta’ pajjiżi barranin. L-azzjonijiet immedjati li ħadna għenu biex naqqsu l-ammont li ġie misruq”… 

    F’konferenza stampa, il-Bank of Valletta ħabbar li matul is-sena li għaddiet, il-Bank għamel profitt totali ta’ €146.2 miljun; din fissret żieda ta’ 5.8% fuq ir-riżultat annwali għas-sena 2017. Minkejja dan, il-Bank ħabbar ukoll li kien qiegħed jagħmel dispożizzjoni ta’ €75 miljun fuq il-każijiet legali li għandu pendenti, filwaqt li ddeċieda li matul l-2018, mhuwiex sejjer iqassam dividend mal-azzjonisti tal-imsemmi bank.

    Il-Bank elenka kif matul l-2018, id-dħul nett tal-bank żied b’ €10.3 miljun mis-sena preċedenti, filwaqt li l-assi totali tal-bank żdiedu għal €12.1 biljun.

    Fuq id-deċiżjoni li ħa l-bank fuq id-dividend, ic-Ċermen tal-bank Deo Scerri saħaq li din “ma kinitx deċiżjoni faċli għalina li ma nagħtux profitt immedjat lill-azzjonisti, apparti l-bonus li sejjer jingħata xorta. Madanakollu, nemmnu li l-bank kellu bżonn jippreserva l-kapital tiegħu biex jinbnew riservi, biex b’hekk innaqqsu r-riskji futuri.”

    Scerri saħaq ukoll li l-Bank kien għaddej bi strateġija li jkompli jnaqqas ir-riskji li jista’ jkunu esposti għalihom l-assi tal-bank. “Dan qegħdin nagħmluh billi l-bank ma jibqax jopera f’oqsma li ma jirrendux b’mod ekwu għall-ispiża tal-kapital, kif ukoll qegħdin inbiddlu l-policy interna tagħna fuq il-konsumaturi.”

    “Per eżempju, kontijiet li kienu miftuħin minn persuni barranin li ma kellhom l-ebda rabta jew konnessjoni ma’ Malta, ingħalqu jew qegħdin fil-proċess li jingħalqu, speċjalment f’ġurisdizzjonijiet li għandhom profil ta’ riskju għoli.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0