Malta tingħaqad fil-protesta globali kontra t-tibdil tal-klima

  • Mar 15, 2019 17:57
  • Miktub minn iNews
"

    Numru ta’ studenti jingħaqdu f’mixja mill-Università sal-Parlament; il-Ministru Evarist Bartolo preżenti bl-appoġġ tiegħu…

    Għexieren ta’ studenti ingħaqdu flimkien il-bieraħ f’mixja ta’ protesta kontra t-tibdil tal-klima, u favur iktar miżuri ambjentali. Din il-protesta ingħaqdet ma’ numru ta’ protesti oħra madwar id-dinja li kienu qegħdin iseħħu fl-istess ġurnata, fosthom ir-Renju Unit, Spnaja, l-Iskozja, Ċipru, il-Ġermanja, Franza, il-Finlandja u l-Italja.

    Il-protesta ta’ Malta kienet organizzata minn numru ta’ għaqdiet studenteski u non-governattivi, fosthom il-Kunsill Studenti Universitarji, u l-għaqda Żibel. Preżenti għall-protesta kien hemm numru ta’ kandidati u persuni prominenti, fosthom il-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo, u l-Membru Ewroparlamentari Miriam Dalli.

    F’kumment ma’ dan il-ġurnal, Galea tennet li hija kienet kuntenta ħafna bl-ammont ta’ studenti li wieġbu għas-sejħa għal din il-protesta: “Aħna ingħaqadna f’vuċi waħda ma’ iktar minn mitt pajjiż ieħor, biex nagħmlu din il-protesta pubblika dwar il-problema tat-tibdil tal-klima, u l-effetti li din qegħda tħalli madwar id-dinja, inkluż pajjiżna.”

    “Fil-verità, xi ħaġa bħal din rari sseħħ. Din hija l-ewwel darba minn meta niftakar jiena li kien hemm dan l-ammont ta’ studenti li ħadu sehem fi protesta simili, għal kawża li ġiet minnhom. Nemmen li ż-żgħażagħ iġibu l-bidla: Kull min hu hawnhekk illum mhux qiegħed hawn biex jiddiverti, iżda biex jibgħat messaġġ ċar u prominenti favur bidla.”

    “Protesta importanti... hemm bżonn iżjed”

    Intant, il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo, faħħar l-inizjattiva, u saħaq li “hemm bżonn li titqajjem kuxjenza ikbar fuq il-bżonn li nindirizzaw l-effetti tal-bidla fil-klima.”

    “Huwa inkoraġġjanti wkoll li huma ż-żgħażagħ li qegħdin imexxu dawn il-protesti globali: Fl-aħħar mill-aħħar, huma sejrin ikunu l-adulti ta’ warajna, u huma l-iktar li jistgħu jsofru minn dan it-tibdil fil-klima. Protesta bħal din hija inkoraġġjanti, u nemmen li hemm bżonn iżjed.”

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0