L-Istati Uniti tistenna li Kim Jong-un iżomm kelmtu dwar id-denuklearizzazzjoni

  • Mar 15, 2019 17:54
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Segretarju Amerikan għall-Istat Mike Pompeo saħaq li qed jistenna li l-mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong-un iżomm kelmtu u ma jerġax jibda l-programm nukleari u t-testijiet missilistiċi.

    Pompeo għamel dawn il-kummenti wara dikjarazzjoni mill-Viċi-Ministru għall-affarijiet Barranin tal-Korea ta’ Fuq, Choe Sun-hui, li qal li d-diskussjonijiet dwar id-denuklearizzazzjoni tal-pajjiż jafu jiġu fi tmiemhom u t-testijiet jafu jitkomplew.

    Intant l-Istati Uniti qalet li s-sanzjonijiet fil-konfront ta’ Pyongyang se jibqgħu fis-seħħ sakemm ma jinqerdux is-siti nukleari kollha.

    F’kummenti lill-ġurnalisti llum Pompeo saħaq li f’diversi okkażjonijiet Kim tkellem direttament mal-President u ta kelmtu li ma kienx biħsiebu jkompli bit-testijiet nukleari, u lanqas ma kien se jkompli bit-testijiet missilistiċi.

    It-taħditiet f’Hanoi sfaxxaw wara li Trump irrifjuta li jneħħi wħud mis-sanzjonijiet imposti fil-konfront ta’ Pyongyang sakemm il-pajjiż ma jkunx kompletament denuklearizzat.

    Madankollu Pompeo tenna li huwa jinsab fiduċjuż li d-diskussjonijiet ienu se jitkomplew.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0