Offerta għal żmien limitat fuq Self Personali minn BNF Bank

  • Mar 15, 2019 17:38
  • Miktub minn iNews
"

    Għal żmien limitat, il-klijenti li japplikaw għal Self Personali minn BNF Bank se jibbenefikaw minn rata ta’ interess ta’ 4.85% fis-sena. Din ir-rata vantaġġuża  tikkonsisti minn 2.35% fis-sena fuq ir-Rata Bażi tal-Bank, li bħalissa hija ta’ 2.50% fis-sena  tirriżulta f’APRC ta’ 5.09%.

    Is-Self Personali tal-BNF jista’ jintuża biex jiffinanzja firxa wiesgħa ta’ bżonnijiet u proġetti personali. Il-klijienti jistgħu jiffinanzjaw kull xorta ta’ proġett personali billi jissellfu sa 100% tal-ammont meħtieġ, skont l-użu ta’ dan is-self.  Barra minn hekk, wieħed se jkun jista’ jibbenefika minn ħlasijiet fix-xahar aktar baxxi billi jifrex is-self fuq perjodu sa 10 snin. Wieħed jista’ wkoll  jagħmel ħlasijiet żejda sabiex iħallas is-self qabel, mingħajr ma jidħol fi spejjeż żejda.

    Is-Self Personali huwa prodott flessibbli li jipprovdi soluzzjonijiet lill-klijenti biex itejbu l-istil ta’ ħajja tagħhom. Il-klijenti jistgħu jiffinanzjaw kwalunkwe bżonn bħal karozza jew dgħajsa, ristruttar fid-dar, tieġ, safar u għadd ġmielu ta’ prodotti biex wieħed jiffranka l-enerġija bħal sistemi fotovoltajċi, solar water heaters, double jew triple glazing, kif ukoll appliances li jiffrankaw l-enerġija.

    “Aħna nagħmlu ħilitna biex il-prodott li noffru jkun wieħed kompetittiv u ta’ benefiċċju għall-klijenti tagħna. L-offerta għal Self Personali, li hija għal żmien limitat, hija mfassla biex tgħinkom tilħqu l-għanijiet tagħkom. Aħna se ngħinukom bil-finanzi biex intom tkunu tistgħu tiffukaw fuq affarijiet oħra”, qal Melvin Pellicano, Kap tad-Dipartiment għall-Iżvilupp tal-Kummerċ tal-Bank BNF.

    Aktar informazzjoni dwar is-Self Personali tal-BNF, inkluż it-termini u l-kundizzjonijiet, tista’ tinkiseb mill-website tal-Bank www.bnf.bank. Il-klijienti jistgħu jikkuntattjaw lill-Customer Care fuq 00356 2260 1000 jew iżuru xi waħda mill-fergħat tal-BNF. 

    Eżempju ta’ self personali mhux garantit jikkonsisti f’self ta’ €20,000 pagabbli fuq 7 snin b’rata ta’ interess varjabbli ta’ 4.85% p.a. Is-self jitħallas f’84 pagament ta’ €281.90 fix-xahar, b’total ta’ €23,719.79 flimkien ma’ tariffa ta’ €40 għall-ipproċessar. Ir-Rata Perċentwali Annwali tat-Tariffa (APRC) hija ta’ 5.09%. Termini u kundizzjonijiet japplikaw. L-offerta ma tapplikax flimkien ma’ xi offerta oħra fuq l-istess prodott, u f’dak il-każ inti tibbenefika mill-aħjar miż-żewġ offerti. Is-self huwa suġġett għall-kriterji tas-self tal-Bank. Il-Bank jirriserva d-dritt li jemenda jew jirtira dawn il-prodotti ta’ self mis-suq fi kwalunkwe ħin, għad-diskrezzjoni unika u assoluta tiegħu mingħajr avviż bil-quddiem. BNF Bank plc huwa istituzzjoni ta’ kreditu liċenzjat biex jopera bħala bank mill-MFSA skont l-Att Bankarju 1994. Irreġistrat f’Malta C41030-203, Livell 2, Rue d’Argens, il-Gżira, GZR 1368, Malta.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0