Tfajla u żewġt irġiel arrestati b'rabta ma' sejba ta' droga

  • Mar 15, 2019 15:30
  • Miktub minn iNews
"

    Tfajla Bormliża u żewġt irġiel, wieħed ta’ 29 sena mill-Qawra u ieħor ta’ 66 sena bla residenza fissa,  sfaw arrestati wara rejds li twettqu mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga f’residenzi fil-Madliena u San Pawl il-Baħar.

    Wara tfittxijiet li għamlu l-istess membri tal-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga, instab ammont tad-droga kannabis u kokaina, diversi mwieżen elettroniċi u affarijiet oħrajn użati fit-traffikar tad-droga. Instabu wkoll xi karti ta’ valuta ewro foloz u arma tan-nar ta’ kalibu 0.25 mhux liċenzjata flimkien ma’ xi munizzjon.

    Il-Maġistrat tal-Għassa Estrid May Grima ġiet informata bis-sejba u ħatret diversi esperti biex jassistuha fl-inkjesta maġisterjali.

    Mill-investigazzjonijiet li għamlet il-Pulizija f’dawn l-aħħar xhur jirriżulta li l-ġuvni mill-Qawra kien il-moħħ wara t-traffikar tad-droga eroina u kokaina.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0