Għalliema ħatja li tajret u qatlet raġel

  • Fra 28, 2019 12:53
  • Miktub minn iNews
"

    Żabbarija ta' 30 sena li taħdem bħala għalliema ġiet ikkundannata sentejn ħabs sospiżi għal erba' snin u kellha l-liċenzja tas-sewqan sospiża għal sitt xhur wara li nstabet ħatja li tajret u kkaġunat il-mewt ta' raġel.

    L-inċident kien seħħ f'Lejliet il-Milied tal-2012, għall-ħabta tat-8.10 a.m. f'Wied il-Għajn, waqt li Carmelo Cucciardi kien miexi ma' martu Ġemma mill-bypass l-antika ta' Ħaż-Żabbar.

    Ir-raġel kien imtajjar minn Toyota Vitz misjuqa minn Joanne Zerafa waqt li martu sofriet ġrieħi ħfief bil-Pulizija tressaq lit-tfajla fil-Qorti u takkużaha bil-qtil involontarju tar-raġel li kellu 54 sena.

    Fost dawk li xehdu quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit kien hemm l-armla tal-vittma li rrakkuntat kif ftit tal-ħin qabel l-inċident żewġha  qabdilha jdejha u qalilha biex jiġru ftit għax kienet ġejja karozza.

    Hija spjegat kif kienet miexja quddiemu meta ratu jinqata mill-art u bid-demm u karozza tieqaf ftit wara li baqgħet sejra għal ftit metri.

    Cucciardi semmiet kif dak iż-żmien ma kienx hemm bankina u din saret wara li seħħ l-inċident.

    Il-mara qalet li waqt li hija sofriet biss tbenġil f'kuxtejha r-raġel tagħha miet wara tliet operazzjonijiet f'rasu.

    Min-naħa tagħha, l-akkużata qalet li hija kienet sejra għand ħabiba tagħha Wied il-Għajn u x-xemx kienet f'għajnejha u ma setgħetx tara sew.

    Hija semmiet kif ma kinietx liebsa nuċċali tax-xemx għax ħallietu d-dar u għalkemm niżżlet is-'sun visor' ma ħalliex effett.

    Espert tal-Qorti li tkellem mal-akkużata irrimarka li għalkemm kienet qed issuq fil-limitu tal-veloċita għall-imsemmija triq meta l-viżibilita tkun ristretta din għandha tonqos.

    Wara li semgħet il-provi mressqin quddiem, il-Maġistrat Stafrace Zammit ikkonkludiet li Zerafa kien moħħa f'affarijiet oħra u missha naqqset il-veloċita meta ndunat li x-xemx ma bdietx tħalliha tara sew.

    Hija rrimarkat li Zerafa naqset li tarahom mhux għax għamietha x-xemx imma għax ma qagħditx attenta waqt is-sewqan.

    Kien għalhekk li waqt li sabitha ħatja tal-qtil involontarju ikkundannatha sentejn ħabs li jidħlu fis-seħħ jekk tikkommetti reat ieħor fl-erba' snin li ġejjin għalkemm issuġġeriet li ma titlifx xogħolha bħala għalliema.

    Il-prosekuzzjoni fil-konfront ta' Zerafa tmexxiet mill-Ispettur Hubert Cini.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0