Il-GWU tilqa’ l-ftehim dwar l-ELA

  • Fra 15, 2019 13:31
  • Miktub minn iNews

    Il-GWU tilqa’ l-ftehim milħuq dwar il-ħolqien tal-Awtorità Ewropea tax-Xogħol (ELA - European Labour Authority). Dan huwa pass ’il quddiem biex id-drittijiet tal-ħaddiema fl-Unjoni Ewropea jkunu mħarrsa aktar. Huwa wkoll it-twettieq ta’ aspett ieħor tal-Pilastru Ewropew għad-Drittijiet Soċjali. L-importanza tal-ħolqien ta’ din l-Awtorità huwa wkoll fil-fatt li fi ftit tax-xhur oħra għandha tidħol fis-seħħ id-direttiva Ewropea dwar l-ippustjar tal-ħaddiema. Kif hu indikat fil-missjoni tagħha l-Awtorità se jkollha l-kompitu li tara li d-direttivi Ewropej dwar il-qasam tax-xogħol ikunu implimentati u ma jkunx hemm sfruttament tal-ħaddiema.

    Is-Segretarju Ġenerali tal-GWU Josef Bugeja jisħaq li bħala Union li kienet impenjata b’mod attiv mal-moviment trejdunjonista Ewropew, biex jidħlu fis-seħħ id-direttiva Ewropea dwar l-Ippustjar ta’ Ħaddiema u l-Pilastru Ewropew għad-Drittijiet Soċjali, tħeġġeġ lill-awtoritajiet Maltin biex jattwaw dan il-ftehim milħuq bejn il-Kummisssjoni Ewropea, il-Kunsill Ewropew u l-Parlament Ewropew. “Il-GWU se tkun viġilanti biex tara li l-benefiċċji ta’ din l-awtorità jaslu għand il-ħaddiema f’Malta. Il-miri tal-awtorità jinkwadraw ukoll fil-ħidma li qed inwettqu biex f’pajjiżna l-prinċipju ta’ ħlas ugwali għal xogħol ugwali jitwessa u jkopri x-xogħol li jagħmlu ħaddiema tal-kuntratturi f’azjendi terzi. Nemmnu li b’hekk biss inkompli n-naqsu l-ħakma tal-prekarjat u neqirdu l-isfruttament tal-ħaddiema Maltin u barranin,” stqarr is-Segretarju Ġenerali Josef Bugeja.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0