AĠĠORNAT: ATM's mhux disponibbli... L-BOV taħt attakk ċibernetiku

  • Fra 13, 2019 13:17
  • Miktub minn iNews

    Aġġornata: Filwaqt li l-Pulizija tinsab fil-post u ngħaqdet biex tgħin fl-investigazzjoni, Il-BOV fl-aħħar ħin ħabbret li kkanċellat l-konferenza stampa li kienet mistennija sseħħ fil-5.00 p.m.

    Mhux magħruf jekk l-attakk kienx wieħed lokali jew internazzjonali u għalissa s-servizzi tal-bank fosthom ATM's, sit onlajn kif ukoll imejls għadhom mhumiex qegħdin joperaw.

    Intant il-bank APS ħabbar li hu wkoll se jkun qed jissospendi s-servizzi tiegħu b'mod temporanju.

    Qabel: Fl-aħħar sigħat bosta persuni nħasdu hekk kif meta marru biex jaċċessaw l-ATM's tal-BOV sabu l-iscreen mitfi u b'hekk mhux aċċessibbli. Jidher li din kienet tagħmel parti mill-proċeduri tal-Bank li skont aħbar li ħarġet aktar kmieni kellu jwaqqaf l-operat tiegħu b'mod immedjat wara li l-bank safa taħt attakk ċibernetiku.

    Is-sistema bankarja tal-BOV sfat taħt attakk ċibernetiku li kaġun tiegħu l-operat tal-bank kellu jieqaf immedjatament.

    Fi stqarrija mibgħuta mill-Bank, il-kumpanija informat lill-pubbliku li kellha tissospendi l-operati kollha tagħha inklużi fil-fergħat, wara attakk malizzjuż estern fuq is-sistemi tagħha.

    Il-BOV jinsab f’kuntatt kontinwu mal-pulizija lokali u kif ukoll dawk internazzjonali.

    Fl-istess ħin il-bank stqarr li l-kontijiet tal-klijenti tagħha ma ġewx kompromessi f’dan l-attakk ċibernetiku.

    Intant il-Bank għarraf li se jkun hemm konferenza tal-aħbarijiet fil-5.00 p.m.

    Min-naħa l-oħra l-bank HSBC Bank Malta saħaq li ma kienx soġġett għal xi forma ta’cyber-attack u qed ikompli l-ħidma tiegħu bħas-soltu.

    Aktar tagħrif fil-ħin li ġej…

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0