Il-qtil ta’ Paul Anthony Formosa fil-port ta’ Bosasso fis-Somalja, kien kundannat b’qawwa mill-Emirati Għarab Magħquda. Wara dan, il-qtil għal xi jiem il-port tista’ tgħid li kien wieqaf mill-attività. Sorsi li tkellmu ma’ inewsmalta infurmaw li “l-ħidma fil-port reġgħet bdiet. Dan se seta’ jseħħ wara li saret reviżjoni tas-sigurtà tal-port.”
L-istess sorsi infurmawna li wara l-qtil kien hemm problema kbira minħabba li ħafna ħaddiema li kienu jaħdmu ma’ Paul kienu trawmatizzati u xxukkjati b’dak li ġara. Huma kellhom ukoll biża’ li jista’ jkun hemm attakki oħra.
L-istess sorsi qalulna li l-kumpanija P&O toffri pariri u għajnuna lil-ħaddiema biex joħorġu mit-trawma li għaddejjin minnha. L-investigazzjonijiet qed jiffukaw fuq vuċi misterjuża li tinstema’ fil-filmat li fih ixxandru l-immaġini tal-allegat qattiel.
Il-vuċi ‘misterjuża’ f’filmat li fih jidher il-qattiel
Il-Ministeru għall-Affarjiet Barranin u Koperazzjoni Internazzjonali tal-Emirati Għarab Magħquda, ikkundanna l-qtil u ta l-kondoljanzi tiegħu. Il-kumpanija P&O Ports, hi kumpanija mill-Emirati Għarab Magħquda.
Il-Ministeru sejjaħ lill-Gvern lokali biex jipprovdi l-protezzjoni neċessarja kemm għall-port kif ukoll għall-ħaddiema tiegħu. Il-Ministeru irrijafferma l-pożizzjoni tiegħu kontra it-terroriżmu u kull forma ta’ vjolenza. Il-Ministeru sejjaħ lill-komunità internazzjonali biex tingħaqad u b’hekk tiġi miġġielda t-theddida mill-estremiżmu.
Il-kumpanja P&O se tkun qed tikkollabora b’mod sħiħ mal-investigazzjoni li għaddejja dwar dan l-qtil, waqt li irrijaffermat l-impenn tagħha għas-suċċess ta’ dan il-port.
Inewsmalta tinsab infurmata li jidher li l-investigazzjonijiet qed jiffokaw ħafna fuq vuċi misterjuża li tinstema’ qed titkellem ma’ l-allegat qattiel, wara li dan kien ferut u li imbagħad miet ftit wara. Skont sorsi fis-Somalja din il-vuċi ‘misterjuża’, għalkemm dwar min tista’ hi hemm ħafna spekulazzjonijiet, tinstema’ tgħid: ‘int qtilt wieħed barrani u li ma jemminx bħalna. Tibżax.”
Il-vuċi misterjuża fil-filmat allegatament tgħid lil dak li kien ferut li hu kien qed jagħti servizz lin-nies b’dak li allegatament wettaq. ‘Ibqa’ kalm, il-ferita titfejjaq”, tinstema’ tgħid din il-vuċi.
L-istess vuċi tkompli tinstema’ tgħid li “aħna kollha ħutek. Tibżax. Dawn li qegħdin madwarek huma nies minn pajjiżek.”
Paul Anthony Formosa inqatel kmieni l-ġimgħa li għaddiet meta hu kien bħas-soltu fil-port ta’ Bossasso fis-Somalja. Il-kwistjoni f’dan il-port ilha għaddejja għal diversi xhur u dan wara li kumpanija mill-Emirati Għarab Magħquda bdiet tmexxi hi dan l-port. Jidher li sezzjonijiet kbar tan-nies tal-post ma ħadux gost b’dan u fix-xhur li għaddew, allegatament kien hemm diversi theddid.
Fil-fatt għal xi żmien beda jixxandar in-numru tat-telefon ta’ Paul fost is-Somali, tant li l-ħaddiem Malti, li kien rispettat ħafna minn dawk li jaħdmu fil-port, kien spiċċa jagħmel tibdil fis-sit soċjali tiegħu biex dan jarawh biss il-ħbieb tiegħu. Meta l-port għadda f’idejn il-kumpanija l-ġdida kien hemm protesti kbar u anke mietu in-nies.
Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.
Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra.
Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub.
Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett.
Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju,
inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.
Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek,
se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih.
F'din l-imejl se tirċievi security code.
Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni.
Din hija proĊedura li ssir darba.
Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek.
Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.