Il-ħidma biex aktar nisa joħorġu fid-dinja tax-xogħol tħalli l-frott - 4,000 aktar nisa fid-dinja tax-xogħol

  • Fra 11, 2019 20:15
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo semma fil-Parlament kif minn 6,072 mara li bdew jaħdmu għall-ewwel darba fl-2013 in-numru tela għal 10,212 fl-2018.

    Huwa kien qed iwieġeb mistoqsija tad-deputat Laburista Byron Camilleri dwar kemm żdiedu n-nisa jaħdmu taħt dan il-Gvern.

    Minbarra ż-żieda ta' nisa li bdew jaħdmu għall-ewwel darba, Bartolo semma kif fir-rigward tan-nisa li rritornaw fid-dinja tax-xogħol wara ħames snin jew aktar dawn żdiedu minn 1,353 fl-2013 għal 1,454 fl-2018.

    Dan ifisser li waqt li fl-2013 kien hemm 7,425 mara li daħlu fid-dinja tax-xogħol għall-ewwel darba jew irritornaw jaħdmu, fl-2018 n-numru tela għal 11,666. 

    Il-Gozo Channel se tibqa' anke bil-mina

    Il-Ministru għal Għawdex Justyne għamlitha ċara fil-Parlament li l-Gozo Channel se tibqa' topera anke jekk issir il-mina bejn iż-żewġ gżejjer.

    Hija kienet mistoqsija mid-deputat Nazzjonalista David Stellini jekk il-ħaddiema tal-kumpanija hux se jżommu xogħlhom ladarba l-mina se ssir.

    Caruana saħqet li s-servizz tal-Gozo Channel se jibqa' jopera indipendentament mill-proġett tal-mina.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0