Fl-2018 il-YMCA aċċettat 191 każ ta’ nies bla dar

  • Fra 11, 2019 14:00
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Kap Eżekuttiv tal-YMCA Valletta, jisħaq li jafu b’każijiet ta’ nies li jorqdu ġol-karozzi, fix-xtajtiet jew xi dar abbandunata; jattribwixxi ż-żieda mal-fatt li qed ngħixu f’soċjetà likwida…

    Anthony Camilleri, il-Kap Eżekuttiv tal-YMCA Valletta - l-assoċjazzjoni li toffri diversi servizzi għall-persuni bla dar - saħaq li qed jirċievu ħames referrals kuljum ta’ nies li jispiċċaw bla dar. 

    Huwa qal li s-sena l-oħra kellhom 191 każ li ġew aċċettati, pero kien hemm aktar minn 300 referrals fis-sena li sostna li “sfortunatament mhux dejjem il-każ li wieħed jista’ jaċċetta lil dak li jkun għax ix-xelter ikun mimli”. 

    Camilleri sostna dan f’kummenti li ta lil dan il-ġurnal waqt simpozju fejn fih ġiet diskussa l-pjaga tar-realtà tan-nies bla dar u bosta kienu l-kelliema li tkellmu dwar din ir-realtà invisibbli.

    Il-kriżi tal-akkomodazzjoni u l-kirjiet saret realtà ċara f'dawn l-aħħar ftit snin, kwistjoni li qed tagħmel vulnerabbli numru bla preċedent ta' nies kull sena li tgħaddi. In-nies bla dar madankollu mhumiex kwistjoni iżolata fiha nnifisha iżda jinħoloq dak l-effett li jissejjaħ “domino effect” fejn dawk l-aktar vulnerabbli jesperjenzaw problemi oħra bħal kwistjonijiet ta' saħħa mentali u nuqqas ta' sigurtà tal-ikel. Is-sitwazzjoni f'Malta fl-aħħar ftit snin imxiet 'il quddiem u issa qed tiġi diskussa serjament minn diversi gruppi, organizzazzjonijiet u professjonisti.

    Camilleri qal li ħafna drabi l-każijiet ta’ nies li jispiċċaw bla dar jaslu mill-għassa tal-pulizija, mill-isptar, minn Monte Karmeli jew saħansitra jmorru jħabbtu l-bieb huma stess. Il-persuna tibqa’ ddur minn ġenb għall-ieħor sakemm tinstab soluzzjoni. Huwa qal li l-biża tiegħu hija li “ħafna minnhom qed jispiċċaw ‘roofless’ fejn dak li jkun qed jispiċċa jorqod barra mingħajr saqaf fuq rasu. Nafu b’każijiet ta’ nies li qed jorqdu fil-karozza, jew ġo xi xtajta jew jmorru f’dar li jafu li mhux tintuża.”

    Camilleri qal li skont l-istatistiċi tas-sena l-oħra, l-aktar rata għolja ta’ nies bla dar jiġu minn kwistjonijiet tal-familja, bħal każijiet ta’ separazzjoni jew tfal jiġġieldu mal-ġenituri, fost oħrajn. Wara dawn il-każijiet, hemm dawk il-kwistjonijiet finanzjarji bħal każ tal-kirjiet fejn in-nies mhux qed ilaħħqu mad-domanda li dejjem qed teskala tal-prezzijiet tal-akkomodazzjoni.

    “Ir-rata l-aktar li qed tiżdied hija fil-faxxa bejn 20 u t-30 sena. Warajha qed naraw fenomenu iehor li qed jiżdied li jiġbor in-nies li għandhom ‘il fuq minn 60 sena, faxxa li qabel ma kienx ikollna każijiet imma issa qed ikollna ħafna li qed jiġu riferuti,” qal Camilleri. Huwa qal li qed jiżdiedu n-nies ‘il fuq minn 60 sena għax mhux qed ilaħħqu mal-pensjoni jew il-paga li għandhom biex iħallsu l-akkomodazzjoni.

    Mistoqsi jekk ikollhomx każijiet ta’ minuri huwa qal li jkollhom ħafna minnhom.  Camilleri qal li jħoss “li qed ngħixu f’soċjetà likwida fejn in-nies qed jikbru mingħajr ma jkunu kapaċi jibnu relazzjonijiet allura m’hemmx dawk il-ħiliet ta’ kif wieħed jikkomunika jew kif wieħed jagħmel ħbieb. Qed ngħixu f’soċjetà diġitali imma r-realtà taħdem b’mod differenti. Qegħdin naraw is-sintomi tat-teknoloġija li qed iwasslu għal dawn ir-realtajiet.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0