Google ma tħassarx informazzjoni miġbura illegalment

  • Lul 28, 2012 15:44
  • Miktub minn

    Smajtu rigward il-karozzi ta’ Google magħrufin bħala ‘Street View’ li jiġbru informazzjoni illegalment minn oġġetti Wi-Fi li ma jkunux protetti, hekk kif jieħdu ritratti ta’ toroq fl-Ewropa, fl-Awstralja u kif ukoll fl-Amerika.

    Smajtu li dawn il-karozzi daħlu illegalment fuq siti protetti, użaw passwords, imejls, stampi u fittxew fuq l-Internet b’mod illegali permezz ta’ apparat sofistikat teknoloġiku.

    Smajtu wkoll meta l-Ingilterra akkużat lil Google talli kissret il-liġi u l-apoloġija li tat Google rigward dan il-fatt. Aktar tard Google ħabbret li dan l-aġir ma kienx aċċidentali.

    F’dawn l-aħħar jiem Google stqarret li l-informazzjoni li kellha mhux kollha ġiet imħassra u b’hekk fadlilha ammont estensiv ta’ informazzjoni fil-pussess tagħha.

    L-Uffiċċju tal-Informazzjoni Ingliż qed jordna lil Google biex tippreżenta kwalunkwe informazzjoni li hija għadha tħaddan. “Din l-informazzjoni qatt ma kellha tiġi miġbura u l-fatt li ma ġietx imħassra twassal għal tħassib kbir,” saħaq l-Uffiċċju tal-Informazzjoni Ingliż.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

  •  

Facebook