MAPFRE Malta tintroduċi skema ġdida għall-intermedjarji

  • Fra 06, 2019 17:13
  • Miktub minn iNews
"

    F’Jannar tal-2019, MAPFRE Malta nediet skema ġdida ta’ inċentivi għall-intermedjarji tal-assigurazzjoni (TIIs). Din l-iskema ġiet implimentata flimkien ma’ programm ta’ inċentivi oħra li qed jiġu introdotti minn MAPFRE Middlesea u MAPFRE MSV Life, bl-għan li tissaħħaħ l-importanza ta’dawn l-intermedjarji. B’hekk, dawn l-intermedjarji għandom iktar inċentivi biex iwasslu riżultati tajbin f’dak li għandu x’jaqsam ma poloz marbuta mal-ħajja u dawk oħrajn, bħal l-assigurazzjoni fuq il-karozzi, djar u dgħajjes.

    Din l-iskema toffri miri ta’ riżultati fuq l-ammont ta’ primjum li jiġi milħuq, biex b’hekk dawn l-intermedjarji għandhom l-opportunità li  jkunu ppremjati għall-isforzi tagħhom aktar minn qatt qabel. 

    L-Intermedjarji kienu infurmati li din l-iskema se tiffoka fuq tliet fatturi kruċjali, li huma konformità, il-konsistenza u l-promozzjoni. Minħabba d-direttiva dwar id-distribuzzjoni tal-assigurazjoni (IDD) qed issir importanza partikolari fuq l-konformità, biex b’hekk jiġi żgurat li dawn l-inċentivi ma jikkawżaw l-ebda kunflitt ta’ interess. Apparti dan, il-konsistenza u l-promozzjoni se jkunu importani biex jiżguraw transparenza u b’hekk l-intermedjarji huma inċentivati biex jilħqu livell ogħla fil-prestazzjoni tagħhom u jiksbu riżultati aħjar, li għalihom jkunu premjati.

    L-Għan ewlieni ta’ din l-iskema huwa li dawn l-intermedjarji jilħqu il-potenzjal tagħhom fi ħdan MAPFRE Middlesea u MAPFRE MSV Life, waqt li jżidu l-kwalità tas-servizz u sodisfazzjoni tal-konsumatur.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0