2.6 miljun turisti ġie f'pajjiżna matul is-sena li għadiet … Żieda ta' 14.3% mill-2017

  • Fra 05, 2019 13:16
  • Miktub minn iNews
"

    Matul is-sena li għaddiet ġew pajjiżna 2.6 miljun turist, żieda ta’ madwar 14.3% meta mqabel mal-2017.

    Il-wasliet f’Diċembru li għadda kienu jammontaw għal 122,759, żieda ta’ 11% meta kkumparat max-xahar rispettiv fl-2017. L-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika qal li minn dan l-ammont, 105,766 ġew f’pajjiżna f’Diċembru għal btala, filwaqt li l-bqija żaru lil pajjiżna għal raġunijiet marbutin ma’ xogħol.

    In-numru ta’ ljieli li t-turisti qattgħu f’pajjiżna wkoll żdiedu, bi 12.5%, bit-total tal-iljieli jammontaw għal 18.6 miljun lejl.

    L-infiq tat-turisti huwa stmat li kien ilaħħaq it-€2.1 biljun, 8% aktar min-nefqa totali fl-2017. Kull turist huwa smtat li nefaq €809, tnaqqis ta’ 5.5% meta pparagunat mas-sena ta’ qabel.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0