Sentejn ħabs effettivi, €5,000 multa u tkeċċija mill-pajjiż talli aggredixxa uffiċjali korrettivi

  • Fra 05, 2019 12:00
  • Miktub minn iNews
"

    Niġerjan li aggredixxa u darab żewġ uffiċjali korrettivi waqt li kien qed jinżamm fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija kien ikkundannat sentejn ħabs, immultat €5,000 u se jiġi deportat.

    Il-każ seħħ fl-10 ta’ April 2018. Dakinhar Joseph Feilazoo ta’ 42 sena kien mgħarraf li se jiġi rilaxxat mill-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin wara li  skonta piena ta’ għaxar snin ħabs.

    Il-faċilità kienet informata li Feilazoo kellu jittieħed fis-sezzjoni tal-Immigrazzjoni ġewwa l-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija sakemm is-sitwazzjoni tiegħu tkun evalwata. 

    L-Ispettur Darren Buhagiar spjega kif kienu irċevew komunikazzjoni mill-Ambaxxata Spanjola f’Malta li tgħid li l-akkużat ma kienx se jirritorna lejn Spanja, il-pajjiż minn fejn ġie oriġinarjament.

    Huwa nformah li ordni ta’ tkeċċija u deċiżjoni ta’ ritorn kienu se jinħarġu kontrih u huwa kien se jinżamm arrestat sakemm tali ordnijiet jiġu eżegwiti.

    Kien f’dan il-mument li r-raġel beda jsir aggressiv u żewġ uffiċjali korrettivi kellhom iwaqqfuh. Huwa għamilha ċara lill-Ispettur li jekk jirritorna lura lejn in-Niġerja, l-eskorti li jkunu miegħu ma kinux se jirritornaw lura lejn Malta.

    In-Niġerjan baqa’ jirrifjuta milli jidħol fil-vann tal-ħabs, bl-uffiċjali korrettivi jispiċċaw mal-art huma u jipprovaw jimmanettjawh. Kien hawn li l-akkużat gidem id wieħed mill-uffiċjali korrettivi u kellu jintuża l-pepper spray biex irażżnuh.

    Fis-sentenza tiegħu l-Maġistrat Joseph Mifsud innota li ma kinitix faċli għall-uffiċjali korrettivi biex irażżnu lill-akkużat li “mhux biss m’obdiex l-ordinijiet mogħtija lilu iżda kien aggressiv”, biex b’hekk dawn l-istess ordnijiet ma jiġux eżegwiti.

    “Il-Qorti tifhem li l-akkużat kien tassew frustrat meta sar jaf li kien se jinżamm il-ħabs għal perjodu ulterjuri ta’ żmien wara li kien għadu kif skonta sentenza ta’ għaxar snin ħabs.”

    Madanakollu, l-Maġistrat Mifsud qal ukoll li ma kienx ġustifikat li l-akkużat aġixxa kif aġixxa, anke meta kien konxju kif huwa kellu jfittex rimedju billi huwa kellu diġa’ każijiet oħra pendenti rigward allegat trattament ħażin fir-rigward tiegħu.

    Għal dawn ir-raġunijiet, il-Maġistrat Mifsud sabu ħati tal-akkużi kollha miġjuba kontrih u kkundannah sentejn priġunerija u mmultat €5,000. Barra minn hekk, ordna lill-Uffiċjal Prinċipali tal-Immigrazzjoni biex il-ħati jiġi ddeportat wara li jiskonta s-sentenza.

    Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Priscilla Caruana Lee. 

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0