Zoo b'offerta għal jum il-maħbubin... semmi wirdiena għall-ex tiegħek għal €2 biex tħossok aħjar

  • Fra 04, 2019 17:42
  • Miktub minn iNews
"

    Waqt li ħafna jinsabu għaddejjin jaħsbu dwar ir-rigal tant mixtieq mill-maħbub tagħhom f’jum il-maħbubin, ‘Hemsley Conservation Centre’ ħareġ b’idea għal dawk li għadhom bil-ġerħa ta’ relazzjoni tal-passat.

    Jekk għadek tbati wara li l-maħbub jew maħbuba weġġgħuk fil-passat, issa tista’ tħossok aħjar billi ssemmi wirdiena għalihom.

    Fi stqarrija maħruġa minnhom Hemsley qalu li l-programm tnieda ftit jiem qabel l-14 ta’ Frar biex dawk li għadhom jixtiequ jiżvugaw dwar tmiem ta’ relazzjoni li falliet u li ħalliethom mweġġgħin ikunu jistgħu jagħmlu dan.

    B’hekk permezz ta’ €2 biss mhux biss tista’ jkollok wirdiena li jisimha bħal ex tiegħek, iżda anke tingħata ċertifikat kommemorattiv.

    Il-lista sħiħa se tkun qiegħda titniżżel fil-post fuq dik li se tkun qiegħda tissejjaħ ‘’roach board’’.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0