Mediċina bla ħlas għall-kanċer tal-pulmun u l-melanoma

  • Fra 04, 2019 13:10
  • Miktub minn Maria Azzopardi
"

    Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li l-Gvern se jibda proċess biex joffri mediċina bla ħlas fosthom għat-tnejn mill-aktar kanċer komuni li huma dawk tal-pulmun u tal-melanoma. Din il-mediċina ġeneralment tiġi tiswa madwar 60,000 ewro għal kull pazjent u għaliha se jkunu qegħdin jibbenefikaw minn din il-miżura madwar 65 pazjent, bi spiża ta' madwar €4 miljun kull sena.. Huwa qal li bħalissa għaddejjin tenders biex jibdew joffru dawn il-mediċini.

    Fearne ħabbar ukoll li din is-sena ħa jżidu l-kunċett tan-navigators għat-trattament tal-kanċer tal-prostata, li bejn wieħed u iehor ikun hemm madwar 170 pazjent fis-sena.

    Dan ħabbru waqt konferenza organizzata f’Jum Dinji kontra l-Kanċer mtella’ min-National Cancer Platform, fejn fiha kien hemm preżenti ukoll il-President ta’ Malta Marie Louise Coleiro Preca. Hija qalet li bħala poplu għandna xortina tajba għax teżisti r-rieda politika biex il-qasam tas-saħħa jkompli jissaħħaħ u għarfet li hemm kontribut qawwi li jagħtu l-għaqdiet non-governattivi.

    Hija saħqet li meta wieħed ikollu d-dijanjożi jibda vjaġġ sensittiv u jeħtieġ li jkun hemm sapport sħiħ mill-familjari. “Huwa biss billi naħdmu flimkien b’impenn sħiħ li nistgħu nkunu effettivi.”

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0