Tixtrilu flokk b'ritratt tagħha għal meta joħroġ waħdu bħala ''rigal'' f'għeluq sninu

  • Fra 04, 2019 13:01
  • Miktub minn iNews
"

    Tfajla fir-Renju Unit qiegħda titqies bħala ffissata wara li tat bħala rigal lill-għarus tagħha flokk li jgħinha sserraħ rasha li meta joħroġ mal-ħbieb ma kienx se jispiċċa jiġbed l-attenzjoni ta’ tfajliet oħra. Holly Cockerill xtrat dan il-flokk lis-sieħeb tagħha Karl Hennan bil-kliem fuqu li jgħid; 

    “Jekk qiegħda taqra dan il-kliem mela sinjal li ilek ħin twil tħares lejn ir-raġel tiegħi. Hu ma’ dan il-kliem għandek l-ħarsa li kont nagħtik li kieku jiena qiegħda hawn.

    Jiena Holly, l-GĦARUSA tiegħu.”

    Fi ftit minuti wara li t-tfajla xerrdet ir-ritratt ta’ dan ir-“rigal” f’għeluq sninu, kien hemm madwar 10,000 like. Ir-reazzjonijiet ma naqsux u minkejja li kien hemm min fehem li din kienet biss ċajta, oħrajn ħaduha kontriha u qalu li dan kien ifisser biss li ma kellhiex fiduċja fih.

    Aktar tard hi xerrdet kitba oħra u spjegat li l-flokk kien biss ċajta u li ma ħasbitx li r-ritratt kien se jiġri daqshekk.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0