Identifikati seba' siti għal pjan ta' tisbiħ f'Paceville

  • Fra 04, 2019 12:17
  • Miktub minn iNews
"

    Ix-xogħol fuq pjan ta’ riġenerazzjoni u tisbiħ ta’ Paceville għaddej ġmielu hekk kif wara li skatta l-proċess ta’ konsultazzjoni ma’ setturi differenti, bħalissa ħidma dwar l-ippjanar u l-pjanti tekniċi ta’ kif għandu jsir dan il-proġett.

    Il-Ministru Konrad Mizzi żar l-uffiċini ta’ Grimshaw Architects f’Londra, fejn intwerew għall-ewwel darba dawn il-pjanti tekniċi u disinni artistiċi ta’ kif ser ikun il-proġett.

    Għal dan il-proġett, ġew identifikati 7 siti prominenti f’Paceville, li huma Triq Santu Wistin, il-ġnien ta’ Spinola, il-bajja maġemb it-Triq Dragunara, il-pjazza prinċipali ta’ Paceville u uħud mill-toroq ta’ Paceville, il-Bajja ta’ San Ġorġ u l-intrata ta’ Paceville.

    Fil-ġimgħat li ġejjin mistennija jiġu żvelati numru ta’ pjanijiet artistiċi għal din ir-riġenerazzjoni.

    F’Settembru li għadda, l-Ministru Konrad Mizzi aċċena fuq il-bżonn ta’ pjan ħolistiku biex jiġu ndirizzati numru ta’ issues f’Paceville. 

    “Qabbadna kumpanija barranija, WSP, flimkien ma’ Grimsaw, esperti rinomati għal dawn it-tip ta’ proġetti u flimkien mas-stakeholders, qed nfasslu pjan biex wara nimplimentawh. Dan bl-għan li nbidlu Paceville u nġibuha waħda mill-aqwa destinazzjonijiet fil-Mediterran.”

     Il-Ministru Mizzi stqarr li ż-żona ta’ Paceville u San Ġiljan hija ta’ prijorità anke minħabba d-diversi lukandi li hemm fiż-żona.

    Il-Ministeru għat-Turiżmu stmat li jinvesti madwar €10 miljun ewro dan it-tisbiħ. Il-Ministru Mizzi indika ukoll li l-flus għalih ġejjin parti mill-kontribuzzjoni ta’ 50 ċenteżmu li titħallas mit-turisti u li qed jiġu amministrati mill-Fondazzjoni għat-Tisbiħ taż-żoni turistiċi.

    “Dan kollhu qegħdin nagħmluh sabiex inkomplu ntejbu l-prodott turistiku tagħna. F’dan il-pjan ser inkunu qed nindirizzaw l-istat tal-bankini, faċilitajiet ta’ parkeġġ, indafa, sinjali tat-toroq u l-ispazji miftuħa, fots oħrajn biex jitjieb il-prodott turistiku f’din il-mekka tad-divertiment li hija ukoll żona residenzjali għal bosta familji.” Ikkonkluda l-Ministru Mizzi.

    Dan il-proġett qed isir b’kollaborazzjoni mal-MHRA, il-Mediterranaen Tourism Foundation, u l-Paceville Town Management.

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0