McDonald’s tiġbor somma rekord b’risq RMHC waqt il-McHappy Day

  • Fra 01, 2019 15:23
  • Miktub minn iNews
"

    Il-klijenti ta’ McDonald’s u numru ta’ personalitajiet lokali magħrufa, li kienu jinkludu lil Ira Losco, Andrea Cassar, Jean Claude Micallef u Ron Briffa, taw sehemhom għal rekord ġdid fil-ġbir tal-fondi għall-għaqda tal-karità favorita ta’ McDonald’s, Ronald McDonald House Charities (Malta), waqt il-McHappy Day. 

    Aktar minn €25,000 inġabru fl-avveniment tal-McHappy Day li ttella’ dan l-aħħar b’risq iċ-ċentru tat-tagħlim ta’ RMHC (Malta) fil-Qawra, li x-xogħol fuqu dalwaqt jitlesta. Matul ġimgħa ta’ attivitajiet f’Novembru, il-klijenti ta’ McDonald’s ġew imħeġġa jitfgħu l-muniti u l-karti tal-flus fil-karus li hemm f’kull stabbiliment ta’ McDonald’s.

    L-attività ewlenija tal-McHappy Day saret fil-McDonald’s ta’ Tas-Sliema bis-sehem ta’ personalitajiet lokali mill-qasam tal-mużika u l-mezzi tax-xandir, li laqgħu lill-klijenti, servewhom mal-counter u għenu fil-ġbir tad-donazzjonijiet. Ittellgħet ukoll kompetizzjoni ta’ ħbiberija bejn it-timijiet biex jaraw min minnhom kellu l-ħila jiġbor l-iktar fondi. It-timijiet ġew kważi ndaqs, imma l-grupp rebbieħ kien tal-kantanti Marilena Gauci u Amber Bondin flimkien mal-preżentatur ta’ Xarabank Mark Laurence Zammit. Dawn għaddew bi ftit lill-grupp l-ieħor magħmul mill-ħbieb ta’ VIBE FM Drive magħmul minn Nate Darmanin, Frank Zammit u Valentina Rossi.

    Paul Dragan, il-Manager Ġenerali ta’ Premier Restaurants Malta, l-operatur ta’ McDonald’s f’Malta, qal li: “Aħna tassew grati lejn il-klijenti ġenerużi tagħna u lejn il-personalitajiet kollha li ġew fostna biex jappoġġjaw din il-kawża mill-isbaħ. L-attivitajiet li ttellgħu fil-McHappy Day ferrħu lil kull min kien preżenti u ħadna gost naraw lil kulħadd magħqud b’risq il-proġett ta’ RMHC fil-Qawra, li qiegħed ħafna għal qalbna għax se jkun qed jaħdem għall-ġid tat-tfal fil-bżonn. Sodisfatti u ħerqanin li, bis-saħħa ta’ RMHC, dalwaqt naraw din il-ħolma fis-seħħ.” 

    Iċ-Ċentru tat-Tagħlim ta’ RMHC fil-Qawra se jkollu programmi speċjali maħsubin għal tfal li qed ibatu l-faqar, minn xi diżabilità jew minn diffikultajiet fit-tagħlim. L-għan ta’ dawn il-programmi hu li jgħinu lit-tfal jiksbu l-ħiliet bażiċi utli għall-ġejjieni tal-kwalità tal-ħajja tagħhom.

    Dwar McDonald’s f'Malta

    Id-disa’ restoranti ta’ McDonald’s f’Malta huma operati mill-Premier Restaurants Malta Ltd, li hija parti mill-Premier Capital plc. Aktar minn 700 impjegat jaqdu kuljum lil iżjed minn 20,000 klijent f’Malta u Għawdex. Premier Capital plc għandha l-Liċenzja għall-Iżvilupp ta’ McDonald’s fl-Estonja, il-Greċja, il-Latvja, il-Litwanja, Malta u r-Rumanija. In-network ta’ 147 restorant tagħha jinkludi diversi operati ta’ McDrive u McCafé, li bejniethom jaqdu ’l fuq minn 118-il miljun klijent  fis-sena, bis-saħħa tal-istaff totali ta’ 8,200 persuna. 

    Il-Premier Capital plc hija n-negozju ta’ McDonald’s fi ħdan Hili Ventures Ltd, il-grupp involut f’operati mifruxin f’diversi postijiet bi sħab ma’ McDonald’s u Apple, fl-oqsma tal-loġistika, l-inġinerija, il-propjetà u t-teknoloġija. Bħalissa, din il-kumpanija qiegħda f’disa’ pajjiżi fil-qalba u fil-Lvant tal-Ewropa, u għandha grupp ta’ 9,000 ruħ. Hili Ventures hi kburija bis-sħubija tagħha ma’ CMA CGM, IBM, Lenovo, Microsoft, NCR, Peterson, Wincor Nixdorf, u ma’ marki globali oħrajn.

    Dwar Ronald McDonald House Charities

    Ir-Ronald McDonald House Charities Malta Chapter (www.rmhc-malta.com) joħloq, jiffinanzja u jappoġġja programmi li jtejbu direttament is-saħħa u l-kwalità tal-ħajja tat-tfal. Din l-għaqda karitattiva bħalissa qed tagħlaq ix-xogħlijiet tal-bini ta’ Ċentru tat-Tagħlim fil-Qawra b’risq tfal li jgħixu fil-faqar, b’diżabilità jew b’diffikultajiet fit-tagħlim. Il-Kapitlu RMHC Malta daħal għal din l-inizjattiva biex, waħdu u bi sħab ma’ organizzazzjonijiet oħra, joffri programmi edukattivi u terapewtiċi għat-tfal u l-adolexxenti fl-ispettru tal-awtiżmu ħalli jiksbu l-ħiliet u l-kompetenzi bażiċi li jeħtieġu meta jikbru għall-ħajja. RMHC Malta jiddependi mill-benefatturi korporattivi li jaqdu l-missjoni tagħhom. Huwa grat, b’mod speċjali, lejn il-klijenti ta’ McDonald’s f’Malta li jitfgħu l-bqija li jkollhom fil-karus tal-RMHC li hemm f’kull restorant madwar Malta u Għawdex.

    Ir-Ronald McDonald House Charities jiffurmaw network internazzjonali li ma jagħmilx profit u li jqarreb il-familji bi tfal morda lejn xulxin u lejn il-kura u r-riżorsi li jeħtieġu  (www.rmhc.org). McDonald’s ilha Msieħba tal-Missjoni ta’ RMHC sa minn meta nbniet l-ewwel Dar ta’ Ronald McDonald f’Philadelphia fl-1974. RMHC twassal il-programmi u s-servizzi tagħha f’iżjed minn 64 pajjiż u reġjun, u kull sena tmiss il-ħajja ta’ aktar minn 5.5 miljun tifel u tifla u qrabathom madwar id-dinja kollha.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0