Ħaddiema bix-xift f’riskju ta’ mard vaskulari

  • Lul 28, 2012 14:40
  • Miktub minn

    Skont studju li analizza madwar żewġ miljun persuna, ix-xogħol bix-xift qed jiġi assoċjat ma’ riskju għoli ta’ mard vaskulari li jwassal għal attakk tal-qalb.

    Dan l-istudju jkopri l-akbar analiżi ta’ xogħol u mard vaskulari s’issa.

    Ir-riċerkaturi mill-Kanada u n-Norveġja, rigward ir-riżultati ta’ dan l-istudju, jirrapportaw li meta kkomparat ma’ ħaddiem regolari li jaħdem bħala ‘dayworker’, ‘shift worker’ għandu 23% aktar cans ta’ attakk tal-qalb. ‘Shift workers’ li jaħdmu bil-lejl għandhom 41% aktar ċans ta’ mard vaskulari. Minkejja dan, ix-xogħol bix-xift ma ġiex imqabbel ma’ ebda riskju ta’ mewt.

    Xjenzati ilhom jafu li x-xogħol bix-xift iħarbat l-arloġġ naturali tal-ġisem u kif ukoll iħarbat il-bilanċ bejn xogħol u ħajja personali. Numru ta’ studji oħrajn qablu x-xogħol bix-xift ma’ problemi ta’ saħħa, bħall-pressjoni għolja fid-demm u kolesterol għoli.

    Ir-riċerkaturi jistqarru li minkejja r-riskju kkalkulat huwa modest, minħabba l-frekwenza għolja ta’ ħaddiema li jaħdmu bix-xift fil-poplazzjoni ġenerali, l-implikazzjonijiet fis-saħħa tal-individwu mhux insinifikanti.

    Ir-riċerkaturi jitolbu aktar studju biex jiġu analizzati liema gruppi ta’ ħaddiema li jaħdmu bix-xift jistgħu jintlaqtu l-aktar minn dawn ir-riżultati.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0