L-MADC lura f’San Anton bid-drammi ta’ Shakespeare

  • Lul 28, 2012 13:43
  • Miktub minn

    L-MADC iħabbru bi pjaċir li l-produzzjoni annwali tagħhom ta’ wieħed mix-xogħolijiet ta’ Shakespeare qiegħda terġa’ tittella’ fil-post fejn tradizzjonalment dejjem ittellgħu dawn il-produzzjonijiet – il-Ġonna ta’ San Anton.

    L-MADC ilhom itellgħu xogħolijiet ta’ Shakespeare għall-apert fil-Ġonna ta’ San Anton sa mill-1938, b’waqfa ta’ ftit snin minħabba t-Tieni Gwerra Dinjija.

    Sfortunatament, minn ftit snin ’l hawn il-ħlas mitlub għall-kiri tal-Ġonna żdied b’tali mod li ma kienx possibbli għall-MADC li jkopru din l-ispiża. Is-sitwazzjoni nbidlet bl-intervent tas-Sur Edward Mercieca, iċ-Chairman tal-APAP (Association for the Performing Arts Practitioners),, u bl-għajnuna tal-Ministeru tal-Kultura, u b’mod partikolari tal-Ministru Mario Demarco, u din is-sena l-MADC se jerġgħu lura għal San Anton.

    Matul dawn il-ġranet l-MADC qegħdin jerġgħu jagħtu l-ħajja lil din it-tradizzjoni li tmur lura 75 sena, u d-dramm ta’ Shakespeare li qed jittella’ din is-sena hu “The Winter’s Tale”, b’direzzjoni ta’ Polly Marsh.

    Bħala l-eqdem Drama Club li għadu attiv fil-Gżejjer Maltin, l-MADC iħossuhom kburin li qegħdin ikomplu jtellgħu x-xogħolijiet tal-aqwa drammaturgu Ingliż, u dan qegħdin jagħmluh fl-oriġinali bil-lingwa Ingliża għal dawk kollha li japprezzaw xogħolijiet ta’ dan il-livell.

    Ta’ min jgħid li pajjiżi oħrajn fl-Ewropa kellhom jittraduċu dawn ix-xogħolijiet ta’ Shakespeare biex ikunu apprezzati mill-udjenzi tagħhom. Fil-kaz ta’ pajjiżna, aktarx li minbarra r-Renju Unit, Malta hi l-uniku pajjiż fl-Ewropa li ta’ kull sena ttella’ dramm ta’ Shakespeare bl-Ingliż, dramm li jinħadem f’dawn il-Ġonna idejali li jmorru lura għas-seklu 17.

    Meta wieħed iqis li l-MADC hi għaqda ta’ atturi dilettanti, magħrufin bħala ‘amateur’ bl-Ingliż, l-isforzi u l-ħidma tagħhom fi produzzjonijiet ta’ livell għoli għandhom ikunu aktar apprezzati. Ta’ min jgħid li d-dħul minn produzzjonijiet aktar popolari, bħall-pantomima ta’ kull sena li tittella’ f’Ta’ Qali, jintuża fi produzzjonijiet bħal dawn tad-drammi ta’ Shakespeare, li ma jiġġenerawx qligħ għall-MADC. Apparti mill-fatt li produzzjoni li ssir għall-apert tinvolvi ħafna aktar spejjeż minn produzzjoni f’teatru.

    Bl-ispejjeż dejjem jiżdiedu, u meta wieħed iqis li fuq nota pożittiva, produzzjonijiet kulturali f’pajjiżna qegħdin jittellgħu b’aktar frekwenza, hija proprju d-dedikazzjoni u l-ħidma tal-membri attivi li qiegħda żżomm lill-MADC ħajja. Mingħajr dubju dan hu wirt li l-fundaturi tal-MADC fl-1910 ħallew warajhom, u li komplew jibnu fuqu l-kumitati li ġew warajhom. Minn dan l-entużjażmu li għadu tant qawwi fl-MADC ħarġu għadd kbir ta’ atturi u diretturi li komplew biex kisbu suċċess fil-qasam tejatrali ta’ pajjiżna.

    Il-produzzjoni ta’ din is-sena tad-dramm “The Winter’s Tale” ta’ Shakespeare fil-Ġonna ta’ San Anton sa' għada d-29 ta’ Lulju żgur li hija waħda interessanti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0