Kif jista’ student timidu jsir l-aktar qattiel mistmerr?

  • Lul 28, 2012 13:17
  • Miktub minn

    Hekk kif kien qed jidher stordut u ġeneralment imħawwad fl-ewwel apparizzjoni tiegħu fil-Qorti, huwa qatt ma nissel kelma! F’mumenti jkerrah wiċċu u f’mumenti jniżżel rasu l-isfel u jagħlaq għajnejh, James Holmes deher ftit li xejn jaf x’qed jiġri madwaru, aktar u aktar rigward l-akkużi ta’ qtil li kienu qegħdin jinqraw mill-imħallef li kien qed eżatt quddiemu.

    Minkejja dan, ta’ min jgħid li għal dawk it-12-il minuta terrifikanti, Holmes bilfors kien jaf x’qed jagħmel, hekk kif kellu l-attenzjoni tad-dinja kollha kkonċentrata fuq dak li kien qed iwettaq quddiem l-għajnejn tal-midja.

    Iħares minn taħt dak ix-xagħar ta’ kulur oranġjo, qisu xi buffu taċ-ċirku, iż-żagħżugħ ta’ 24 sena, akkużat li kkommetta wieħed mill-agħar massakri fl-Amerika, qatt ma qal għalxiex wettaq dan l-att orribbli!

    Hekk kif id-dinja tefgħet l-ewwel ħarsa fuq ir-raġel akkużat li spara lejn 70 persuna, fejn qatel 12 minnhom, f’sala taċ-ċinema f’Aurora, f’Colorado, kulħadd staqsa jekk l-attitudni stramba tiegħu fil-Qorti kinitx minħabba għejja relatata ma’ tehid ta’ droga, mard mentali bħall-psychosis jew inkella attentat ċiniku minn raġel kattiv fejn qed jippretendi li huwa marid mentalment.

    Matul l-aħħar ġimgħa d-dinja provat tifhem x’seta’ wassal biex raġel jispara mingħajr ebda kuxjenza fuq rġiel, nisa u tfal li kienu qed jieħdu pjaċir u jsegwu l-aħħar film minn sensiela ta’ Batman.

    James Eagan Holmes kien ġuvni tal-affari tiegħu, kwiet, mistħi li wasal biex ikun akkademiku promettenti, hekk kif xtaq jaqbad karriera jistudja l-moħħ u s-sistema nervuża.

    Xi ħaġa marret żmerċ… sewwa jgħidu li jeżisti lajn irqiq bejn li tkun mentalment b’saħħtek u li tkun bi problemi mentali…

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0