Għotja ta’ €10,000 minn Thomas Smith lil Malta Community Chest Fund Foundation

  • Jan 21, 2019 10:56
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Grupp Thomas Smith għamel għotja ta’ €10,000 lil Fondazzjoni Malta Community Chest Fund. L-għotja twasslet lill-President ta’ Malta, Marie-Louise Coleiro Preca, fil-Palazz ta’ San Anton nhar it-Tnejn 14 ta’ Jannar. 

    Is-somma ta’ ftit inqas minn €7,000 inġabret waqt l-għawma għal karita li l-kumpanija Thomas Smith organizzat f’tas-Sliema għal għoxrin-il sena konsekuttiva. Il-kumpanija żiedet mad-donazzjoni tal-pubbliku sabiex intlaħaq l-ammont totali ta’ €10,000. Il-Grupp flimkien mad-donazzjonijiet tal-għawwiema, ġabru ftit iktar minn €120,000 tul is-snin kollha li ġiet organizzata din l-għawma b’risq il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund.

    Iċ-ċekk għal din is-somma ingħata minn Direttur ta’ Thomas Smith u Organizzatur ta’ l-għawma, Liana Cachia. Għal din il-preżentazzjoni, kien hemm ukoll Luciano Galea (li rrappreżenta lill-għawwiema ta’ Thomas Smith), Jessica Micallef (li rrappreżentat lill-volontiera ta’ Thomas Smith), Raniero Borg u Rainier Cachia (li rrappreżentaw il-parteċipanti). 

    F’kumment waqt il-preżentazzjoni, Liana Cachia qalet li hija kburija li mpjegati tal-grupp ħadmu w ingħaqdu ma’ l-għawwiema biex juru s-soliderjata u l-altruiżmu tagħhom biex jinġabru dawn il-flus tant meħtiega. Hija faħret ix-xogħol li qed tagħmel il-Malta Community Chest Fund u żiedet tgħid li l-kumpanija Thomas Smith hija kuntenta li għal darb’ohra għamlet kontribuzzjoni flimkien mal-fondi li nġabru dakinhar ta’ l-għawma. L-għawma issa saret attivita’ annwali fil-kalendarju ta’ Malta. L-għawma li jmiss ser isseħħ fid-29 ta’ Diċembru, 2019.

    Il-President, f’isem il-benefiċjarji kollha tal-Fondazzjoni irringrazzjat lill-Grupp Thomas Smith, talli sena wara oħra jieħdu l-inkarigu li jorganizzaw din l-attivita’ li saret parti mill-kalendarju annwali ta’ attivitajiet b’risq l-MCCFF. Il-President irringrazzjat ukoll lill-parteċipanti għas-sehem tagħhom f’din l-għawma, f’temp li mhux dejjem kien favorevoli, b’risq dawk ħutna Maltin u Għawdxin fil-bżonn.

    L-edizzjoni ta’ din is-sena ma setgħetx isseħ minghajr l-appoġġ tal-Kunsill Lokali ta' tas-Sliema, id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili, Malta Red Cross, il-Forza tal-Pulizija ta' Malta, Emergency & Fire Rescue Unit, Drinks n' More, H2Only, Għaqda Dilettanti tas-Sajd Sliema, Vertex Vending Services, Deejay Arthur Garrett, HIVE, WAVA, Karl Borg Events, Giorgio's, Cara's, Clyde Dolceria, Transient Light & Sound, Wallace Pipe Band, Golden Gate, Resolve Consulting, kif ukoll bosta partitarji oħra.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0