Rottweiler tgħin il-Pulizija biex jinqabad kriminal

  • Lul 28, 2012 12:22
  • Miktub minn

    Kelba Rottweiler, miżmuma minn familja fl-Ingilterra, spiċċat għenet lill-Pulizija biex jinqabad il-ħalliel li prova jidħol f’dar il-familja, hekk kif wara li gidmitlu jdejh, il-Pulizija setgħet tuża d-demm li kien għad fadal f’ħalq il-kelba biex tintraċċah immedjatament.

    Il-kelba li ġġorr l-isem ta’ Missy, Rottweiler ta’ 11-il sena diffnet snienha hekk kif il-ħalliel daħħal idejh mit-toqba li tuża l-qattusa biex tidħol fid-dar f’Leamington Spa, f’Warwickshire.

    Missy, li s-soltu lanqas tisma’ ħossha, tant attakkat bi vjolenza u aggressjoni li l-Pulizija setgħet tieħu traċċi tad-DNA minn demm li kien għadu f’ħalqha u kif ukoll minn dak li spiċċa mal-kċina kollha.

    Id-dar fejn hi miżmuma Missy hija ta’ Pauline Cunningham. Il-familja ma kinitx id-dar minħabba li kienu jinsabu barra fuq emerġenza. Ġar li kien qed jieħu ħsieb id-dar fil-ħin li l-familja ma kinitx fiha, sabet il-bieb ta’ wara miksi bid-demm. Pauline li għandha 53 sena stqarret li qatt ma pretendiet lil Missy tagħmel ħaġa bħal din. “Qatt ma kienet kelba aggressiva,” saħqet Pauline.

    Jista’ jagħti l-każ li Missy spiċċat darha mal-ħajt u rreaġixxiet b’dak il-mod f’sens ta’ difiża lejn il-familja. Wara kollox imnalla kien hekk.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0