ARA: ''Kienet ix-xewqa tiegħu li jfieq u jirritorna lura għax-xogħol''... Tingħata l-aħħar tislima lill-aktar veteran tal-Unionprint

  • Jan 12, 2019 09:44
  • Miktub minn iNews
"

    Aktar kmieni dalgħodu folla sabiħa nġabret fil-Parroċċa Madonna tal-Karmnu tal-Gżira biex tagħti l-aħħar tislima lil Charlie Baldacchino.

    Fit-23 ta’ Ottubru li għadda, Charles Baldacchino, magħruf bħala l-“Kino”, għalaq 50 sena jaħdem fl-istamperija tagħna, il-Union Print, f’numru ta’ gradi tal-istaff editorjali. 

    Sfortunatament wara dak l-anniversarju pjuttost rari ma kellu l-ebda idea ta’ kemm kien fadallu ftit wisq żmien fostna, anke jekk tal-età tiegħu kien ħabrieki ħafna għax-xogħol. Tant hu hekk li waħda mill-impjegati tagħna li kienet taħdem mill-qrib miegħu qalet li ma tista' qatt tinsa kliemu fl-aħħar jiem ta' ħajtu u x-xewqa tiegħu li jirritorna lura biex ikompli jagħti l-kontribut tiegħu lill-kumpanija.

    Hu kellu jħalli din il-“familja” estiża tiegħu f’qasir żmien kawża ta’ marda qalila li ħakmitu fl-aħħar ftit xhur u fil-fatt tilef il-ġlieda nhar it-Tlieta li għadda filgħaxija fl-għomor ta’ 70 sena.

    Charles, li kien iben l-eks-Spijker Alfred Baldacchino, daħal jaħdem mal-Union Print ta’ 20 sena fit-23 ta’ Ottubru tal-1968, dak iż-żmien bħala Sub Editor tal-Malta News, li wkoll kienet tiġi mitbugħa mill-Union Print.

    Fl-1981 qaleb bħala Sub Editor ta’ dan il-ġurnal ta’ kuljum tagħna fejn baqa’ javvanza sakemm laħaq Assistent Editur saż-żmien tal-irtirar uffiċjali tiegħu fid-9 ta’ Frar tal-2009. 

    Minkejja dan, minn dakinhar hu kien aċċetta wkoll l-offerta tal-Aġent Editur ta’ dak iż-żmien Josef Caruana biex jibqa’ jikkontribwixxi f’L-ORIZZONT bħala partajmer fit-taqsima tal-aħbarijiet ta’ barra u l-qari tal-Malti, missjoni li żamm sal-aħħar xhur meta saħħtu ma ppermettlux iżjed.

    Hu ħadem taħt erba’ Edituri differenti ta’ L-ORIZZONT – Feliċ Agius, Frans Ghirxi, Caruana u Roberto Debrincat rispettivament. Taħt kull wieħed minnhom hu kien rispettat ħafna mhux l-inqas għad-dedikazzjoni kbira li kellu għall-post tax-xogħol u saħansitra kien ħabib tal-qalb tagħhom.

    Charles ħalla jibku t-telfa tiegħu lir-raġel Tony Mallia, qraba oħrajn u wisq kollegi li ġew u marru u dejjem kellhom lok fejn jitgħallmu ħafna minn taħt idejh.

    Ritratt: ALAN SALIBA

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0