Mill-Kunsill tal-MFA: Diskussi l-inċentivi għal min juża players ta’ taħt il-21 sena

  • Jan 12, 2019 00:44
  • Miktub minn iNews
"

    Waqt il-Laqgħa tal-Kunsill tal-MFA li saret f’lukanda ewlenija, f’Ħ’Attard, issemmew bi prominenza l-inċentivi li ħadet l-MFA permezz tal-proposta li tagħti benefiċċji lill-clubs li jutilizzaw players taħt il-21 sena għal aktar min-nofs siegħa fejn fil-Kampjonat BOV Premier, St Andrew’s s’issa kienu l-aktar club li bbenefika minn din l-inizjattiva hekk kif utilizzaw xejn inqas minn sitt players bl-aktar li jispikkaw ikunu d-duo Alexander Satariano (ritratt) u Marcus Grima.

    L-MFA ipprovdiet xejn inqas minn €80,000 fi skemi biex tinċentiva lill-clubs biex jutilizzaw aktar players żgħażagħ - liema proposta kienet ġiet introdotta fil-Laqgħa Ġenerali Annwali tal-MFA, f’Lulju li għadda, fejn ġiet imfaħħra minn bosta clubs lokali.

    Is-segretarju ġenerali, Angelo Chetcuti, afferma wkoll li bħalissa d-Dipartiment tar-Referees fi ħdan l-MFA, immexxi minn Kevin Azzopardi, qed janalizza bir-reqqa l-proposta tal-Video Assistant Referee aktar magħrufa bħala l-VAR, għalkemm din għalissa għadha biss fi stadju ta’ studju.

    Madankollu, huwa ma tax dettalji meta din se tkun qed tiġi introdotta f’pajjiżna. Dan hekk kif fil-preżent, l-MFA qiegħda biss tistudja l-benefiċċji li tista’ tħalli fost ir-referees lokali. Dejjem jekk l-MFA tagħżel li tintroduċi din is-sistema, pajjiżna jkun l-iżgħar wieħed fid-dinja li jkun qed jagħmel dan.

    Fl-istess laqgħa ġie diskuss bir-reqqa l-każ tal-biljunarju Sirjan, Yahya Kirdi, li f’Awwissu 2017, kien ippreżentat bħala l-president il-ġdid ta’ Naxxar Lions FC. Madankollu, l-affarijiet xejn ma marru kif mixtieqa u skond kif ippjanat minn Naxxar Lions, hekk kif dan mhux talli ħalla Malta iżda fetaħ proċeduri legali fil-konfront tal-club u fil-konfront ta’ kull membru tal-kumitat individwalment.

    Kirdi li fil-passat kien ipprova jixtri l-maġġoranza tal-ishma fil-club ta’ Liverpool fl-Ingilterra, kien telaq minn Malta wara li kellu diżgwid ma’ diversi membri fil-kumitat.

    Kirdi kien introdott lill-kumitat Naxxari mill-ex president Michael Zammit Tabona b’dan tal-aħħar jispiċċa wkoll akkużat mill-istess Kirdi b’diversi akkużi serji.

    Is-Sirjan kien qal li kien se jinvesti €10 miljuni fil-club iżda minn dak kollu li qal ma seħħ xejn hekk kif dan issa qatta’ l-karti mal-club.

    F’dan kollu, Kirdi daħħal ukoll lill-MFA hekk kif din qed tiġi akkużata li m’għamlet xejn biex tirranġa s-sitwazzjoni u l-problemi li kien hemm bejnu u bejn l-kumitat.

    Intant, l-Avukat Chetcuti, ikkonferma li l-MFA tinsab fil-pussess ta’ kopja tal-kawża fejn Kirdi qed jitlob li jkun kumpensat is-somma eżatt ta’ €590,626 imqassma hekk: €426,893 spejjeż u investimenti li għamel Kirdi kemm dam president, €130,987 f’danni morali u €32,746 għal danni u għal azzjonijiet malizzjużi li saru fil-konfront tiegħu.

    Intant, l-Avukat Chetcuti stqarr li fl-ewwel pass proċedurali ntuża l-istess avukat mill-MFA u min-Naxxar Lions biex jissottomettu d-dokumenti neċessarji biex il-partijiet jikkomunikaw li se jikkontestaw il-kawża fil-qorti Kanadiża.

    L-Avukat Chetcuti spjega li l-MFA mhix parti fi kwalunkwe ftehim li seta’ sar bejn is-Sur Kirdi u l-club ta’ Naxxar hekk kif bħala assoċjazzjoni l-interess uniku hu li club membru tagħha jkun imħares minn kull forma ta’ spekulazzjoni jew abbuż.

    Huwa sostna li wara dan kollu issa Kirdi huwa meqjus mill-MFA bħala ‘persona non grata’ wkoll wara li fetaħ każ bil-qorti kontra l-MFA.

    Kirdi li hu Sirjan iżda għandu passaport Kanadiż qed jallega wkoll li l-kumitat ta’ Naxxar Lions ma nfurmahx meta dawn kienu qed jiġbru xi flus minn xi sponsors jew benefatturi hekk kif kien hemm fil-ftehim iffirmat bejn iż-żewġ naħat.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0