Is-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar fil-Ġermanja

  • Jan 12, 2019 00:30
  • Miktub minn iNews
"

    Is-suq tat-trasferimenti fl-Ewropa fetaħ fl-1 ta’ Jannar bil-clubs tal-Bundesliga jistgħu jixtru u jisilfu players sal-aħħar tax-xahar.

    L-ikbar żewġ trasferimenti s’issa huma tal-Ame­rikan, Christian Pulisic, minn ma’ Borrusia Dortmund għal ma’ Chelsea u tal-Franċiż, Benjamin Pavard, minn ma’ Stuttgart għal ma’ Bayern Munich.

    Iżda dawn se jiġu fis-seħħ fl-aħħar ta’ Ġunju għalkemm it-timijiet li kisbuhom għandhom moħ­ħ-hom mistrieħ li fl-istaġun li ġej se jissaħħu.

    Iċ-champions Bayern Munich di­ġá ikkonfermaw il-wasla tal-internazzjonali Kanadiż ta’ 18-il sena, Alphonso Davies, mingħand Vancouver Whitecaps, li huwa l-ewwel player li twieled fil-Millennju l-ġdid li lagħab fil-Major League Soccer.

    Iżda l-Bavarjani se jiksbu aktar players biex jilħqu lil Dortmund?

    Il-leaders se jiddeċiedu biex isaħħu l-iskwadra tagħ­hom fit-tentattiv li jil­qgħu għal xi sfida minn ta’ taħt-hom?

    Nistennew u naraw.

    Dawn li ġejjin huma t-trasferimenti li seħħew s’issa kif ukoll il-players li ġew mislufin jew irritornaw minn self:

     

    BORUSSIA DORTMUND

    Ħadu: Ħadd

    Ċedew: Christian Pulisic (Chelsea, se jibqa’ ma’ Dortmund b’self sal-aħħar tal-istaġun), Sebastian Ro­de (Eintracht Frankfurt, b’self)

     

    BAYERN MUNICH

    Ħadu: Alphonso Davies (Van­couver Whitecaps), Ben­jamin Pavard (VfB Stuttgart, se jiċċaqlaq fis-sajf 2019)

    Ċedew: Franck Evina (Holstein Kiel, self)

     

    BORUSSIA MOEN.

    Ħadu: Ħadd

    Ċedew: Ħadd

     

    RB LEIPZIG

    Ħadu: Amadou Haidara (Red Bull Salzburg), Tyler Adams (New York Red Bulls)

    Ċedew: Ħadd

     

    VfL WOLFSBURG

    Ħadu: Ħadd

    Ċedew: Jakub Blaszczykowski (tawh ir-release), Riechedly Bazoer (Utrecht, self)

     

    EINTRACHT FRANKFURT

    Ħadu: Deji Beyreuther (Chemnitzer FC, self), Francisco Geraldes (Sporting Lis­bon, temm is-self)

    Ċedew: Felix Wiedwald (MSV Duisburg, self)

     

    HOFFENHEIM

    Ħadu: Ħadd

    Ċedew: Vincenzo Grifo (Freiburg, self), Gregor Kobel (Augsburg, self), Felipe Pires (Palmeiras, self), Joao Klauss de Mello (Linzer ASK, self), Steven Zuber (VfB Stuttgart, self)

     

    HERTHA BERLIN

    Ħadu: Ħadd

    Ċedew: Alexander Esswein (VfB Stuttgart, self)

     

    BAYER LEVERKUSEN

    Ħadu: Ħadd

    Ċedew: Ħadd

     

    WERDER BREMEN

    Ħadu: Romano Schmid (Red Bull Salzburg)

    Ċedew: Ole Kauper (Erzgebirge Aue, self)

     

    FREIBURG

    Ħadu: Vincenzo Grifo (Hoffenheim, self)

    Ċedew: Ħadd

     

    MAINZ 05

    Ħadu: Ħadd

    Ċedew: Ħadd

     

    SCHALKE 04

    Ħadu: Ħadd

    Ċedew: Naldo (AS Monaco)

     

    FORTUNA DUSSELDORF

    Ħadu: Ħadd

    Ċedew: Ħadd

     

    AUGSBURG

    Ħadu: Seong-Hoon Cheon (FC Incheon United), Gregor Kobel (Hoffenheim, self)

    Ċedew: Ħadd

     

    VfB STUTTGART

    Ħadu: Alexander Esswein (Hertha Berlin, self), Ebe-nezer Ofori (New York City FC, temm is-self), Steven Zuber (Hoffenheim, self)

    Ċedew: Benjamin Pavard (Bayern Munich, fis-sajf 2019)

     

    HANNOVER 96

    Ħadu: Samuel Sahin-Rad-linger (SK Brann, temm is-self), Uffe Bech (Brondby IF, temm is-self)

    Ċedew: Ħadd

     

    NUREMBERG

    Ħadu: Ħadd

    Ċedew: Ħadd

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0