Gozo Motocross Association: Issir il-Fun Race

  • Jan 12, 2019 00:29
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Gozo Motorcross Association organizzat Fun Race, nhar il-Ħadd 6 ta’ Jannar, fit-trakka Ta’ Xħajma, bit-tiġrijiet bdew fis-1.00 pm.

    Din il-Fun Race kienet waħda differenti minn tas-soltu. Is-sewwieqa tal-klassijiet A, B C u D ġew mibdula u għalhekk it-tiġrijiet qanqlu interess hekk kif xi sewwieqa sabu ruħhom jikkompetu ma’ oħrajn li mhux soltu jkunu fil-klassi tagħhom.

    Fi Klassi A, is-sewwieqa li huma fuq nett fil-klassifika tal-kampjonat ikkompetew b’muturi ta’ ċilindrata 80 u 125.

    Hawnhekk kienu ż-żewġ champions Għawdxin, Steve Xuereb u Etienne Bigeni, li kellhom taqtiegħa sħiħa flimkien b’sens kbir ta’ ħbiberija. F’din il-klassi Bigeni daħal fl-ewwel post segwit minn Glenn Vella u ż-żagħżugħ Isaac Bartolo.

    Glenn Vella kkompeta wkoll fi Klassi B u daħal fl-ewwel post filwaqt li kien segwit minn Daniel Portelli li f’dan l-istaġun beda jipparteċipa bil-mutur tiegħu. F’din il-klassi Keith Bugeja spiċċa fit-tielet post.

    Klassi C ukoll kienet waħda interessanti hekk kif rajna lis-sewwieq Jurgen Attard jiddebutta f’din il-klassi fejn għamel suċċess hekk kif spiċċa fit-tielet post.

    Din il-kategorija ntrebħet minn Steve Cassar u warajh daħal Anthony Fenech li saq mutur KTM 85cc

    Din l-attivitá kienet issapportjata minn Ravenol Lubricant Oils ta’ Galea General Services.

    Il-president tal-għaqda, Frank Xuereb qassam prodotti Ra­venol li jintuzaw fuq il-muturi u anke trofej lir-rebbieħa kollha.

    L-għaqda tavża li r-raba’ round mill-Yamaha Gozo Motocross Championship 2019 se tiġi organizzata nhar il Ħadd, 20 ta’ Jannar. Hija dejjem tħeġġeġ biex aktar sewwieqa jingħaqdu magħha u jipparteċipaw fl-attivitajiet li torganizza.

    Għal aktar tagħrif wieħed jista’ iżur il-paġna ta’ Facebook fuq https://www.facebook.com/gmagozzo

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0