Andy Murray iħabbar li se jirtira

  • Jan 12, 2019 00:22
  • Miktub minn iNews
"

    Il-player Britanniku Andy Murray qal li qed jippjana li jirtira wara Wimbledon ta’ din is-sena, iżda jibża’ li l-Australian Open tal-ġimgħa d-dieħla jista’ jkun l-aħħar tournament tal-karriera tiegħu.

    Ir-rebbieħ ta’ tliet titli tal-Grand Slam, li għandu taqbida biex jirkupra minn operaz­zjoni f’ġenbu, qabiżlu d-dmugħ waqt konferenza stampa li saret il-bieraħ f’Melbourne.

    “M’inix ċert li nista’ nilgħab bl-uġiegħ għal erba’, ħames xhur oħra,” qal l-Iskoċċiż ta’ 31 sena.

    “Irrid nasal sa Wimbledon u nieqaf iżda m’inix ċert jekk nistax nagħmel dan.”

    Madankollu, Murray qal li huwa beħsiebu jilgħab l-ewwel logħba tiegħu fl-ewwel round kontra l-Ispanjol seed numru 22, Ro­berto Bautista Agut.

    L-ex numru wieħed tad-dinja saritluoperazzjoni f’ġenbu, f’Jannar tas-sena l-oħra, u lagħab 14-il logħba mindu rritorna fl-isport f’Ġunju li għadda.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0