Simone Verdi jista’ jkun “l-akkwist” ta’ Napoli

  • Jan 12, 2019 00:16
  • Miktub minn iNews
"

    Player li jista’ jservi daqs akkwist ta’ Jannar għal Napoli huwa l-player ta’ nofs il-ground Simone Verdi. Dan tal-aħħar ftit kellu ċ-ċans li jikkontribwixxi sew fis-sena li ilu fil-belt tan-nofsinhar tal-Italja minħabba xi injuries li sofra riċentament. Verdi nxtara mill-Partenopei f’Ġunju 2018 u s’issa lagħab biss żewġ partiti filwaqt li skorja goal.

    Il-coach ta’ Napoli Carlo Ancelotti huwa lest sabiex jinkludih fit-team fl-impenji futuri fit-tentattiv li jaħsad il-frott minnu. Minħabba li hu jinsab sospiż fil-Coppa Italia, Verdi jista’ jiġi inkluż fil-logħba kontra Lazio fis-Serie A anke għax plejers bħal Insigne, Allan u Koulibaly ser ikunu neqsin.

    Verdi għandu 26 sena u fil-passat lagħab ma’ Milan, Torino, Empoli, Eibar, Carpi u Bologna.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0