Mario Mandzukic viċin li jġedded ma’ Juventus

  • Jan 12, 2019 00:16
  • Miktub minn iNews
"

    L-iskorer prolifiku Kroat ta’ Juventus Mario Mandzukic mistenni jġedded il-kuntratt tiegħu mal-club minn Turin sas-sena 2022.

    Il-ftehim attwali jiskadi fis-sena 2020 iżda r-rieda tal-plejer huwa li jkompli l-avventura pożittiva li beda ma’ Juventus. Huwa kważi ċert li ż-żewġ partijiet ser jiftiehmu fi żmien mhux ‘il bogħod tant li l-firma fil-kuntratt għandha ssir ftit jiem qabel il-konfront mill-UEFA Champions League bejn il-Bianconeri u Atletico Madrid.

    Mandzukic għandu 32 sena u lagħab ma’ diversi timijiet prestiġjużi fosthom Bayern Munich u Atletico Madrid.

    Huwa ilu ma’ Juventus sa mis-sena 2015 fejn skorja 30 goal f’109 partiti.

    Sadanittant il-partitarji Juventini laqgħu bil-ferħa din l-aħbar hekk kif jaraw f’Mandzukic dak il-player li bl-esperjenza tiegħu u bix-xamma tal-goal li għandu kapaċi jkun deċiżiv f’diversi partiti.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0