Harry Kane fil-mira ta’ Barcelona

  • Jan 12, 2019 00:12
  • Miktub minn iNews
"

    Barcelona identifikaw lill-attakkant ta’ Tottenham, Harry Kane, bħala s-suċċessur ta’ Luis Suarez.

    Suarez gawda minn perjodu eċċellenti fin-Nou Camp b’164 goals f’220 partita fil-kompetizzjonijiet kollha.

    Madankollu, l-internazzjonali Urugwajan dalwaqt jagħlaq 32 sena, u b’hekk iċ-champions Spanjoli bdew jikkunsidraw serjament suċċessur fit-tul.

    Kane jinsab fil-quċċata ta’ dik il-lista, minkejja li l-internazzjonali Ingliż għandu kuntratt sal-2024 ma’ Spurs.

    Il-player ta’ 25 sena kkontribwixxa għal 160 goals f’243 logħba għall-klabb tat-tramuntana ta’ Londra, li jivvalutawh iktar minn €110 miljun jekk xi darba jiddeċiedu li jbiegħu lill-istilla tagħhom.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0