Juventus lesti li joffru kuntratt ġdid lil Massimiliano Allegri

  • Jan 12, 2019 00:11
  • Miktub minn iNews
"

    Juventus huma lesti li joffru kuntratt mtejjeb lill-manager, Massimiliano Allegri, biex ineħħu kull interess mingħand Manchester United.

    Il-manager ta’ 51 sena huwa fuq il-lista ta’ managers ġodda tar-Red Devils biex ikunis-suċċessur permanenti ta’ José Mourinho.

    Allegri ġie assoċajt ukoll bħala mira għalReal Madrid, li huma mistennija jġibu manager ġdid fil-Bernabeu fl-aħħar tal-istaġun, iżda jidher li Juventus m’għandhom l-ebda intenzzjoni li jħallu lit-Taljan jitlaq minn Turin.

    Il-Bianconeri qed jippreparaw kuntratt gdid ta’ €10 miljuni fis-sena għal Allegri, li rebaħ erba’ titli konsekuttivi tas-Serie A kif ukoll erba’ darbiet il-Coppa Italia mindu wasal fl-Allianz Stadium.

    Mauricio Pochettino huwa mifhum li huwa l-għażla preferuta kemm għall-United kif ukoll għal Madrid, għalkemm Allegri jista’ jkun alternattiva orħos jekk ma jestendix il-kuntratt tiegħu maċ-champions Taljani.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0