Kampjonat Premier: Draw ġust bejn Floriana u Hamrun S.

  • Jan 12, 2019 00:00
  • Miktub minn iNews
"

    Ritratt: Dominic Borg

    Floriana ..............1

    Hamrun S. .........1

    Fl-ewwel partita tat-tieni round tal-Kampjonat BOV Premier, Hamrun Spartans telgħu waħedhom fir-raba’ post meta spiċċaw fi draw ta’ 1-1 kontra Floriana.

    F’dan il-konfront iddebuttaw tliet players ma’ Floriana. Dawn  huma Edward Herrera li ħadu mingħand Birkirkara, l-Ispanjol Eze­quiel Cesani u l-Arġentin José Arias Ulises.

    Il-coach ta’ Hamrun, Giovanni Tedesco kkonferma l-ewwel ħdax fir-rebħa ta’ 1-0 kontra Valletta, bl-eċċezzjoni tas-sospiż Karl Micallef li minfloku beda Ryan Darmanin.

    Kienu Floriana  li ħarġu fuq l-offensiva u wara tliet minuti,  minn corner mogħ­ti minn Steve Pisani, il-goalkeeper tal-Ispartans Emanuel Bartolo ħtieġlu jsalva b’diffikultá d-daqqa ta’ ras ta’ Ignacio Varela.

    Hamrun irrispondew fis-seba’ minuta permezz ta’ xutt minn barra l-kaxxa ta’ Kevin Tulimieri li għad­da ftit barra.

    Minkejja li dawn l-az-zjonijiet taw indikazzjoni li kienet se tkun partita pja-ċevoli, l-ewwel taqsima żvolġiet f’waħda monotona.

    Kien biss, fis-26 minuta, li Hamrun reġgħu kienu insidjużi meta Tulimieri xeħet il-ballun lejn Darmanin li x-xutt tiegħu spiċċa ftit għoli.

    Fil-31 minuta, xutt angolat ta’ Marco Criaco għadda jħakkek mal-wieqfa. Iżda tliet minuti wara, Floriana fetħu l-iskor meta meta Sebastian Nayar naqas li jikklerja biex ippermetta lil  ARTHUR HENRIQUE OYAMA javvanza fuq il-linja xellugija u fajjar xutt li spiċċa fix-xibka.

    Fit-42 minuta l-Ispartans resqu viċin li jiksbu d-draw iżda mill-free-kick ta’ Triston Caruana, Darmanin ġie mċaħħad mill-mimduda.

    Fil-61 minuta f’kon­trat­takk veloċi, Arthur Oyama bidel il-ballun ma’ Daniel Agius iżda t-tenttativ aħħa­ri kien wieħed żbaljat  biex falla kompletament il-mira.

    Fit-72 minuta, is-sostitut Jurgen Pisani spara xutt mill-bogħod, iżda sab lill-goalkeeper Ħamruniż ferm attent. Ir-reazzjoni tal-Ispartans fl-aħħar tat il-frott fil-81 minuta meta minn cross ta’ Tulimieri mil-lemin, WILFRIED JOSELIN DOMOROUD għola tajjeb bir-ras u tefa’ l-ballun fix-xibka.

    FLORIANA: 12-Ini Akpan, 6-Enzo Ruiz, 7-Steven Pisani (8-Clyde Borg 44), 9-Ignacio Lucas Varela (96-Daniel Agius 60), 20-Tiago Galvao da Silva, 25-Jose Arias Ulises, 26-Arthur Henrique Oyama, 28-Edward Herrera, 32-Ezequiel Cesani, 80-Terence Vella (17-Jurgen Pisani 70), 91- Emerson Marcelina - Coach: Guido Ugolotti

    HAMRUN S.:  26-Emanuel Bartolo, 4-Antonio Monticelli, 5-Pepe Enrico, 7-Triston Caruana, 8-Sebastian Ricardo Nayar, 10-Wilfried Joselin Domoraud, 16-Matthew Ro-bert Gauci, 22-Marco Criaco, 28-Ryan Darmanin (15-Karl Schembri 79), 70-Caetano Calil, 92-Kevin Tulimieri - Coach:  Giovanni Tedesco

    REFEREE: Mario Apap

    ASS. REFEREES:Roberto Vella, William Debattista

    RABA’ UFF: Emanuel Grech

    SKORERS:A.H. Oyama 34 (F), W.J. Domoraud 81 (HS)

    AMMONITI:E. Pepe (HS)

    PLAYER TAL-LOGĦBA:Arthur Henrique Oyama (Floriana)

     

     

          

     

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0