''Chris ikun sabiħ kieku inti u sħabek tiddikjaraw fiduċja fil-kap''

  • Jan 12, 2019 07:36
  • Miktub minn iNews
"

    Wara li lbieraħ dan is-sit xandar rapport bit-titlu ‘Chris Sad Interim Leader sa Mejju’, liema rapport kien jitratta l-kwistjonijiet interni fi ħdan il-Partit Nazzjonalista b’mod partikolari il-pressjoni kbira li qed issir fuq il-Kap Nazzonalista Adrian Delia, kienu diversi dawk li rreaġixxew. Fost dawk li reaġixxa kien Chris Said innifsu li sejjaħ ir-rapport ‘Fake News’. Dan meta dan il-ġurnal kien għamel kuntatt miegħu kmieni filgħodu  dwar id-domandi li xtaqna nagħmlulu  b’rabta ma’ dak li kien għaddej fil-PN. Hu kien qalilna nibgħatulu id-domandi bil-miktub liema domandi hu għażel li ma jweġibx.   Minkejja dak li kiteb id-Deputat Nazzjonalista Chris Said dwar ir-rapport tagħna, liema rapport kien ibbażat fuq attivisti li tkellmu magħna, għadd ta’ persuni kitbulu fuq is-sit tiegħu li fih tella’ r-rapport ta’ inewsmalta u bdew jistaqsuh meta se jiddikjara fiduċja sħiħa fil-kap.

    “Int ma’ liema naħa xxaqleb?”

    Fost il-kummenti li kkaratterizzaw is-sit tad-Deputat Nazzjonalista Chris Said kien hemm dak ta’ Godfrey Galea li kitiblu li “”pero jkun sabiħ kieku int u sħabek tiddikjaraw fiduċja sħiħa fil-Kap”.

    Minn naħa tiegħu, John Cauchi jiktiblu li “Dr Said imma x’inhi l-opinjoni tigħek dwar is-sitwazzjoni fil-PN illum?”. Jiktiblu ukoll Alex Cesare  jgħidlu li “jien naħseb aktar biex jikxfulek il-borma”.  Raymond Ellul jiktiblu u jgħidlu “Chris int liema naħa ixxaqleb lejn Adrian jew lejn Simon?”.

    Attivisti jistaqsu fejn huma d-deputati?

    Wara r-rappor ttal-bieraħ kitbulna diversi attivisti jistaqsu dwar fuq liema naħa qegħdin għadd ta’ deputati Nazzjonalisti.  Wieħed mill-attivisti qalilna li “tajjeb tistaqsu lid-Deputati Nazzjonalisti ma’ liema naħa qegħdin. Hemm minnhom mhu jidhru imkien. Lanqas rally ma ġew.  Ma min qegħdin dawn? Għandhom fiduċja fil-kap?  Qed jappoġġjawh lil kap ta’ llum li tela’ fil-kariga bl-aktar mod demokratiku?”.

    Attivist ieħor qalilna li “nafu li hemm deputati li baqgħu leali lejn Simon Busuttil. Nifhmu li forsi biex wieħed jappoġġja kap ġdid irid jgħaddi ftit żmien. Issa għadd żmien sew biex Adrian jiġi aċċettat minn kulħadd. Jafu dawk li qed jopponuh li flok qed nopponu l-politika tal-Gvern u nikkritikaw fejn hemm bżonn, qed nispiċċaw niġġieldu bejnietna.  X’se nieħdu billi jitneħħa l-kap issa? Se jitranġaw l-affarijiet hekk f’salt? Hu fatt li Delia beda jiġbor lejh Nazzjonalisti li ma kienux appoġġjawh. Dan hu fatt u hu kkonfermat minn stħarriġ li saru. Dan hu pass ‘l quddiem. Biżżejjed? Dik diskutibbli, imma hu fatt li taħt Delia bdew jiċċaqilqu l-affarijiet. L-appell tiegħi lil dawk li qed jopponu hu wieħed, ftakru f’liema stat tħalla l-Partit Nazzjonalista fis-sena 2013”.

    Intant ir-rapport ta’ inewsmalta kien jgħid li  “fl-aħħar sigħat, wara manuvri li kien hemm għaddejjin biex issir pressjoni fuq il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia u manuvri oħra li jidher li huma intiżi biex saħanistra jitneħħa minn Kap tal-Oppożizzjoni, wasslu biex jidher li hemm pjani biex Chris Said, li ġie eżatt wara Adrian Delia f’dawk li huma termini ta’ voti fl-elezzjoni għal Kap, jinħatar interim leader sa l-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u l-Kunsilli Lokali f’Mejju li ġej.  Għal dawn il-pjani, kien hemm risposta oħra minn naħa ta’ attivisti u dawk qrib Delia u din kienet il-mossa biex il-kumitati lokali wieħed wara l-ieħor jibdew jiddikjaraw fuq is-siti soċjali li qed jagħtu l-appoġġ unanimu tagħhom lil Delia. Attivisti qrib il-Partit Nazzjonalista ikkummentaw ma’ inewsmalta li huma qed jemmnu li d-Deputat Nazzjonalista Chris Said jista’ jgħaqqad il-Partit Nazzjonalista

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0