ARA: Iċ-Ċina tinżel fuq in-naħa mbiegħda tal-qamar... mistennija esperimentazzjoni bijoloġika

  • Jan 12, 2019 07:00
  • Miktub minn Carmen Cachia
"

     

    Filmat tal-missjoni spazjali Ċiniża, Chang’e 4, juri l-inżul storiku li sar għall-ewwel darba fuq in-naħa misterjuża tal-qamar li qatt ma tkun faċċata tad-dinja. 

    Il-filmat twil kważi tliet minuti ttieħed fil-lejl tat-2 ta’ Jannar meta Chang’e 4 għamel inżul fil-crater Von Karman li huwa wiesgħa 185 kilometru.

    Il-filmat juri xeni mill-isbaħ fosthom il-wiċċ imnaqqax ta’ din in-naħa tal-qamar fuq l-isfont iswed tal-ispazju. 

    Wara madwar minuta l-kamera turi taħtha fejn jidhru craters żgħar fuq il-wiċċ ta’ Von Karman tant li jidhru aktar ċari u fid-dettal hekk kif il-vettura spazjali misset il-wiċċ tal-qamar.

    Wara Chang’e 4 għal ftit ħin waqfet l-inżul tagħha biex tivverifikat l-aktar punt sigur biex finalment tinżel fuq din in-naħa mbiegħda tal-qamar. Fil-filmat jidher ftit trab itir hekk kif il-vettura spazjali tagħmel dan l-inżul importanti li żgur se jitniżżel fl-istorja tal-umanità.

    Għal din il-missjoni spazjali se jintużaw tmien instrumenti xjentifiċi bil-għan li tinġabar u tintbagħat informazzjoni dwar din in-naħa mbiegħda tal-qamar u għala hija daqshekk differenti min-naħa li dejjem tħares lejn id-dinja.

    L-informazzjoni miġbura waqt din il-missjoni mistennija jintbagħtu minn satellita bl-isem ta’ Queqiao li ċ-Ċina bagħtet fl-ispazju f’Mejju tal-2018. 

    Chang’e 4 qiegħda tippjana li tagħmel ukoll esperiment bijoloġiku li fih se jiġu studjati kif jikbru u jiżviluppaw bajd tad-dud tal-ħarir u żerriegħa tal-pjanti fl-ambjent tal-qamar, li għandu gravità baxxa ħafna meta mqabbla ma’ dik tad-dinja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0