‘Safes’ ta’ sigurtà għall-ewwel darba fid-djar residenzjali tal-anzjani

  • Jan 11, 2019 20:21
  • Miktub minn iNews
"

    Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva Anthony Agius Decelis nieda proġett pilota sabiex tkompli tissaħħaħ is-sigurtà fid-djar residenzjali tal-anzjani ġewwa l-Floriana Home. Dan il-proġett jinvolvi l-introduzzjoni tal-użu ta’ safes fil-kmamar tal-anzjani, kif ukoll żieda fl-ammont ta’ kameras installati fl-ispazju pubbliku ta’ din id-dar residenzjali.

    Is-Segretarju Parlamentari għal Persuni b’Diżabilità u Anzjanità Attiva ħabbar li r-residenti f’din id-dar se jkollhom l-għażla li jibdew jagħmlu użu minn safe għall-użu personali tagħhom sabiex iżommu numru żgħir ta’ flus u ta’ oġġetti personali. 

    Sabiex jagħmlu użu minn dan is-safe, ir-residenti jistgħu jimlew applikazzjoni u jiġi nstallat safe fil-kamra tagħhom. F’każijiet li l-anzjani jkollhom diffikultà, dawn se jkollhom tabella mwaħħla mal-istess safe sabiex iċemplu lill-persuna responsabbli minn dawn is-safes.

    F’din id-dar residenzjali kien hemm ukoll żieda ta’ kameras tas-CCTV li ġew installati fl-ispazji komuni fuq ġewwa u fuq barra ta’ din id-dar, b’mod li jassigura li l-privatezza tal-anzjani tiġi rispettata, bl-għan li jkun hemm iktar sigurtà fid-dar kollha.

    Filwaqt li rringrazzja lill-Welfare Committee talli raw li din l-inizjattiva tiġi implimentata, is-Segretarju Parlamentari Agius Decelis saħaq li dan huwa biss proġett pilota bi ħsieb li ssir evalwazzjoni ta’ kif din l-inizjattiva tista’ tkun amministrata bl-aħjar mod u eventwalment tkun miftuħa għad-djar residenzjali kollha f’Malta u Għawdex.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0