Passi biex l-esperimentar fuq l-annimali għall-produzzjoni tal-prodotti kosmetiċi jiġi pprojbit mill-2023 fuq skala globali

  • Jan 11, 2019 19:53
  • Miktub minn Anthea Cachia
"

    Minkejja snin ta’ kampanji minn organizzazzjonijiet kontra l-krudeltà fuq l-annimali għal finijiet kummerċjali hemm rapporti li dawn it-tip ta’ esperimenti għadhom isiru fejn il-kimiċi wżati jikkawżaw ansjetà kiefra fuq dawn il-ħlejqiet innoċenti u li 50% tal-esperimenti jirriżultaw fatali. 

    Fl-20 ta’ Frar, 2018 it-talba tal-Membru Parlamentari Ewropew, Miriam Dalli, biex ma jsirx aktar ittestjar fuq l-annimali għall-produzzjoni ta’ kosmetiċi ġiet milqugħa wara votazzjoni mill-Kumitat tal-Parlament tal-Ambjent u l-ittestjar tal-annimali għandu jiġi pprojbit fuq skala globali sas-sena 2023. 

    Fil-bidu tas-sena l-oħra l-Membru Parlamentari Ewropew, Miriam Dalli, qalet lil Euranet Plus li, “mhux aċċettabbli li l-annimali jkunu trattati b’dan il-mod krudili minħabba l-kosmetiċi speċjalment jekk nafu li għandna l-leġislazzjonijiet li se jgħinu biex ir-riċerkaturi jsibu alternattivi oħra.” Hawnhekk hija saħqet fuq l-importanza li l-ittestjar fuq l-annimali jkun ipprojbit globalment u mhux fl-Unjoni Ewropea biss.

    L-ittestjar fuq l-annimali huwa esperimentar sfurzat fuq dawn il-kreaturi li jiġu esposti għal ammont sostanzjali ta’ kimiċi valenużi li jistgħu jkunu ta’ periklu anke għall-konsumatur. 

    Rapporti juru li madwar id-dinja, ta’ kull sena 115-il miljun animal qiegħed jiġi wżat fl-esperimentar biex isiru prodotti kosmetiċi u tal-ħasil. Fost l-aktar pajjiżi involuti f’dawn l-esperimenti hemm l-Istati Uniti, il-Ġappun, iċ-Ċina, l-Awstrija, Franza, il-Kanada, ir-Renju Unit, il-Ġermanja, kif ukoll il-Brażil.

    Fortunatament kien hemm pajjiżi li ħadu l-inizjattiva li jipprojbixxu l-prodotti ttestjati fuq l-annimali fosthom l-istati membri tal-Unjoni Ewropea, l-Iżrael, in-Norveġja, l-Indja, New Zealand u t-Tajwan.

    F’Marzu 2013 ir-regolaturi tal-Unjoni Ewropea ħabbru projbizzjoni fuq l-importazzjoni u l-bejgħ ta' kożmetiċi li fihom ingredjenti ttestjati fuq l-annimali. Ma’ dawn il-pajjiżi ngħaqad fl-inizjattiva wkoll l-Iżrael li pprojbixxa l-importazzjoni u l-bejgħ ta’ kożmetiċi u deterġenti, li l-proċess ta’ manifattura tagħħom jeħtieġ l-ittestjar fuq l-annimali. 

    L-ewwel pajjiż Ażjatiku li waqqaf l-ittestjar fuq l-annimali kien l-Indja. Il-leġislazzjoni ta’ dan il-pajjiż tgħid li, “il-ksur tal-liġi dwar il-mediċini u l-kosmetiċi ttestjati fuq l-annimali minn kwalunkwe individwu, maniġer jew sid tal-korporazzjoni jista’ jeħel sentenza ta’ ħabs għal perjodu ta’ bejn tliet snin sa 10 snin u jista' wkoll jeħel multa ta’ bejn €6.20 sa €124.06”.

    Statistika turi li fl-2014 saru 318,259 testijiet fuq fniek, 3,851 fuq qtates, 11,250 fuq żwiemel u 22,967 fuq klieb. Dan l-ittestjar ma kienx limititat biss fuq ġrieden, fniek, qtates jew klieb, iżda wkoll fuq il-Baboons, fejn hu rapportat li fi Franza ntużaw 149 Baboon, fi Spanja 32 u fil-Ġermanja, tnejn.

    Fir-Renju Unit minn 3.79 miljun esperiment, 50% minnhom kienu relatati mat-tnissil u l-modifikazzjoni fil-ġenetika tal-annimali. Dawn ma kienux esposti għal aktar esperimentazzjoni wara li r-riċerkaturi stess ammettew li kkawżaw tbatija eċċessiva fuq dawn l-annimali.

    Ħafna minn dawn l-esperimenti saru fl-Universitajiet u dawn it-tip ta’ riċerki saru permezz tal-fondi meħuda mit-taxxa tal-poplu.

    Minkejja li hemm diversi kumpanijji li huma cruelty-free u vegan hemm oħrajn li jġibu l-iskuża li,“m’għandhomx għażla” oħra ħlief li jibqgħu joffru prodotti bħal dawn.  Il-leġislazzjoni fiċ-Ċina tgħid li kull kumpanija barranija li qiegħda twettaq xogħolha fil-ħwienet Ċiniżi għandha tħallas għall-ittestjar fuq l-annimali. 

    Fil-gżejjer Maltin insibu diversi prodotti li ma jagħmlux esperimenti fuq l-annimali. Kumpanija ewlenija lokali ħadmet diversi drabi biex dan il-mezz tant krudili jinqata’, tant li ilha kważi 30 sena tagħmel kampanji biex toħloq kuxjenza fuq il-moħqrija tal-annimali.

    Dan it-tip ittestjar fuq l-annimali għall-produzzjoni ta’ kosmetiċi huwa maqsum f’erba’ proċessi differenti: 

    1. Analiżi fuq il-kompjuter li tuża informazzjoni eżistenti biex tgħinhom jevalwaw is-sostenibbiltà tal-materjali;

    2. Produzzjoni ta’ ġilda fil-laboratorji magħmula minn ċelloli umani;

    3. Patch-testing;

    4. Sessjonijiet fejn persuni volontarjament jippruvaw il-prodotti, kemm għall-kompatibiltà tal-ġilda kif ukoll għall-effiċjenza kosmetika taħt is-superviżjoni ta' esperti mediċi.

    L-esperimentar fuq l-annimali ma jsirx minn xjentisti f’laboratorju biss, iżda anke min-NASA fejn fl-1949 għall-ewwel darba tellgħu xadina fl-ispazju u aktar ‘il quddiem ippruvaw klieb, ġrieden u anke żrinġijiet … Hu rrapportat li dawn l-annimali li ttieħdu fl-ispazju qatt ma’ reġgħu rritornaw fid-dinja.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0