Kunċert storiku f'anniversarju speċjali

  • Jan 11, 2019 13:22
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Parroċċa  ta’  San  Sebastjan  ġewwa  Ħal  Qormi  din  is-sena  qed  tfakkar  anniversarju  importanti, dak  tal75  sena  meta  f’din  il-Parroċċa  ħarġet  għall-ewwel darba,  fid-9 ta’ Lulju 1944  proċessjonalment  il-vara titulari ta’ San  Sebastjan.

    Dan l-anniversarju l-Parroċċa se  tfakkru  b’diversi attivitajiet  mifruxa  matul  is-sena. Is-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan  propju se tiftaħ  dawn il-festi billi nhar is-Sibt 12 ta’ Jannar  fit-8.00pm itella’ Kunċert  Vokali u Strumentali biex jitfakkar dan l-anniversarju.

    Danil-Programm se  jsir  fil-Knisja  Parrokkjali  ta’  San  Sebastjan.  Il-Programm  li  se  jittella’  mill-Kumitat  tas-  Soċjetà Filarmonika  Pinto  Banda  San  Sebastjan  flimkien  mal-Kappillan  u  l-Kleru  tal-Parroċċa,  taħt  il-patroċinju tas-Sindku  u  L-Kunsill  Lokali  ta’  Ħal  Qormi.  Il-Banda  li  tkun  taħt  id-direzzjoni  tas-Surmast  Direttur  tagħha Dominic  Darmanin tkun qed tesegwixxi siltiet li kollha  għandhom x’jaqsmu mal-qaddis u kienu kollha esegwiti min din il-Banda, fosthom insibu siltiet mill-Oratorio Sebastianus  Christianus(kompożizzjoni ta’ Mro Ray Sciberras fuq kliem ta’  Sebastian  Saliba, li l-Premiere tiegħu sar fl-2012  f’Dar il-Mediterran biex jitfakkar il-150 sena mit-twaqqif tas-Soċjetà Filarmonika Pinto Banda San Sebastjan); Siltiet  mill-Musical Sebasjian (mużika  ta’  George  Debono fuq kliem ta’ George Saliba, li kien ittella’ f'Ottubru tas-sena 2006 ġewwa l-Istitut Kattoliku l-Floriana); siltiet mill-Innu Sinfoniku lil  San Sebastjan mużika ta’ Giovanni Gatt fuq kliem ta’ Pawlu Sammut; L-Antifona, Tislima lil San Sebastjan ta’ Vicenzo Bugeja; u l-Innijiet Insellmulek Sebastiano ta’ George Debono u kliem ta’ Carmelo Azzopardi u l-Innu Popolari  lil San Sebastjan mużika ta’ Vincenzo Bugeja u  kliem ta’ Philip Abela.

    Flimkien mal-Banda jieħdu sehem il-Kor ta’  Romina Vella u l-Kantanta Charlene Vella u jkun preżentat minn Etienne Schembri. Dan il-Programm huwa bla ħlas u kulħadd huwa mistieden.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0