Portal biex l-edukaturi jirrapportaw aggressjonijiet... iżjed pieni ħorox f'dan ir-rigward

  • Jan 11, 2019 11:13
  • Miktub minn iNews
"

    Il-Ministeru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol ħa nota tas-survey maħruġ mill-Malta Union of Teachers fuq imġieba aggressiva fl-iskejjel u assigura li qatt mhu se jittollera vjolenza fuq l-ebda edukatur jew impjegat fl-iskejjel.

    Minkejja li dan ma kienx survey xjentifiku kif immarkat mill-union, il-Ministeru se jieħu passi immedjati biex l-esperjenzi li ġew deskritti ta’ imġiba aggressiva u vjolenti fuq edukaturi jkomplu jiġu mwieġba. 

    Għaldaqstant il-Ministeru se jkun qed iniedi portal—www.edu.gov.mt/support—fejn kull edukatur fl-iskejjel jista’ jagħmel rapport fuq kull tip ta’ imġiba mhux xierqa li qed jaffaċċja.

    Għall-fini ta’ trasparenza, fl-aħħar tas-sena skolastika se jkunu qed jiġu ppubblikati numru ta’ rapporti li jkunu daħlu. Kull rapport se jkun segwit mid-Direttorat għas-Servizzi Edukattivi fi ħdan il-Ministeru biex jittieħdu l-passi neċessarji.

    Apparti dan, fil-baġit li għadda ġew allokati €280,000 għal sistemi ta’ sigurtà fejn dan il-gvern se jkun qiegħed jużahom b'impenn għal aktar sigurtà fl-iskejjel tal-istat. 

    Sadanittant, tajjeb li wieħed isemmi li f’dal-aħħar sena u anke matul din is-sena skolastika baqgħu għaddejjin sensiela ta’ programmi fuq kif il-kapijiet tal-iskejjel u anke l-assistenti kapijiet jassistu l-benesseri u jkabbru l-kompetenzi tagħhom. Il-Ministeru ħadem ukoll biex il-programm mogħti lill-uffiċjali pubbliċi, jiġifieri tal-Employee Support Programme (ESP), ikun adattat għall-edukaturi u qiegħda ssir promozzjoni tiegħu u qed jingħata wkoll taħriġ fl-iskejjel u l-kulleġġi minn uffiċjali fi ħdan l-ESP. Rigward dan, dejjem kien hemm l-appoġġ tas-servizzi ta’ sapport fi ħdan il-Kulleġġ u d-Dipartiment tas-Servizzi Nazzjonali għas-Sapport tal-Iskejjel

    Il-Ministeru tenna jgħid li l-imġieba aggressiva kontra l-edukaturi ser tkun qed tiġi ttratata b’tolleranza zero. Propju fid-dawl ta’ dan, il-gvern se jkun qed iħarrex il-liġijiet għal kull tip ta’ aggressjoni jew vjolenza li sseħħ f’istituzzjoni edukattiva, biex naraw li jkun hemm iżjed pieni ħorox f’dan ir-rigward.

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0