L-influwenza inqas gravi mis-sena l-oħra

  • Jan 11, 2019 09:02
  • Miktub minn Claudio Coleiro
"

    Minkejja li f’dan iż-żmien tas-sena huwa komuni li jkollna żieda fil-każijiet ta’ influwenza, minn tagħrif li għandu dan il-ġurnal jirriżulta li sa issa n-numru huwa inqas minn dak rapportat fl-istess perjodu tas-sena li għaddiet.

    Dan ikkonfermatu kelliema għall-Ministeru tas-Saħħa meta staqsejniha jekk l-għadd ta’ każijiet ta’ influwenza rrapportati kienx jirrifletti tnaqqis jew żieda fuq is-snin ta’ qabel. 

    Hija bdiet billi qaltilna li l-influwenza staġjonali bdiet b’mod gradwali lejn l-aħħar tas-sajf, bil-każijiet ta’ influwenza baqgħu jiżdiedu aktar ma bdiet dieħla x-xitwa. 

    Żiedet tgħid li t-temperaturi aktar baxxi li ġew esperjenzati fl-aħħar ġimgħat, fissru mill-ewwel aktar attività kemm fid-Dipartiment tal-Emerġenza kif ukoll b’aktar pazjenti l-isptar. 

    Il-kelliema qaltilna wkoll li bħalissa Mater Dei qiegħed jopera b’madwar 92% tal-kapaċità kollha tiegħu, aktar mill-medja, iżda inqas mill-istess żmien tas-sena li għaddiet.

    Intant, sa issa din is-sena madwar 85,000 persuna ħadu t-tilqima tal-influwenza b’xejn, liema tilqima għadha tista’ tittieħed b’xejn miċ-Ċentri tas-Saħħa kollha.

    Ix-xenarju fl-Ewropa

    Mill-banda l-oħra, x-xenarju fl-Ewropa huwa differenti. Dan hekk kif l-aħħar informazzjoni miċ-Ċentru Ewropew għall-Prevenzjoni u l-Kontroll tal-Mard (ECDC) turi li kien hemm żieda fl-attività tal-influwenza fl-aħħar ġimgħa tas-sena 2018. 

    L-ECDC jgħid li t-trasmissjoni tal-influwenza fl-Ewropa turi xejra staġjonali, bl-ogħla attività tkun irreġistrata fix-xhur tax-xitwa. 

    Mill-individwi li ttieħdulhom kampjuni wara li kellhom mard li jixbah lill-influwenza jew infezzjoni respiratorja akuta f’ċentri tas-saħħa primarja, 37% irriżultaw pożittivi għall-influwenza. 

     

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0