L-Istati Uniti tikkunsidra li tneħħi t-truppi mis-Sirja

  • Diċ 20, 2018 11:09
  • Miktub minn iNews
"

    L-Istati Uniti tal-Amerika qiegħda tikkunsidra li tneħħi t-truppi tagħha kollha mis-Sirja hekk kif jidher li l-missjoni tagħha f’dan il-pajjiż tinsab rieqsa lejn tmiemha. L-uffiċjali Am­erikani li tkellmu mal-aġenzija tal-aħbarijiet Reuters qalu li l-kampanja militari biex jerġa’ jiġi rkuprat it-territorju li kien ittieħed mill-mi­litanti tal-Istat Iżlamiku issa hija kważi lesta.

    Jekk din tiġi kkonfermata, titneħħa għalkollox l-idea li l-Istati Uniti jkollha preżenza militari fit-tul fis-Sirja. Tajjeb li ngħidu li s-Segretarju tad-Difiża Jim Mattis u uffiċjali oħrajn Amerikani kienu qalu li hemm bżonn li l-Istati Uniti tibqa’ preżenti fis-Sirja biex b’hekk il-militanti tal-IS ma jerġgħux jitfaċċaw. 

    Iżda minkejja dan, il-President Donald Trump kien tkellem dwar ix-xewqa tie­għu li jerġa’ jġib lura lit-truppi Amerikani li hemm fis-Sirja. Huwa kien qal li jixtieq jagħmel dan malajr kemm jista’ jkun.

    Is-sorsi li tkellmu ma’ Reuters qalu li għadu mhux magħruf meta din id-deċiżjoni se tkun imħabbra b’mod uffiċjali. Min-naħa tagħhom, kemm il-Pentagon u anke l-White House naqsu milli jikkummentaw dwar dan kollu.

    L-Istati Uniti għandha madwar 2,000 suldat fis-Sirja, li fil-maġġoranza tagħ­hom qed jaħdmu fil-qrib mal-alleanzi Kurdi u militanti Għarab magħrufa bħala l-Forzi Demokratiċi Sirjani (SDF). Is-sħubija tal-Istati Uniti mal-SDF f’dawn l-aħħar snin wasslet biex l-Istat Iżlamiku fis-Sirja jiġu megħlub. Iżda dan wassal għal rabja min-naħa tat-Torok hekk kif dawn iqisu lill-Kurdi YPG f’din l-alleanza bħala estensjoni tal-militanti PKK li ilhom snin jiġġieldu fit-Turkija. 

    Id-deliberazzjonijiet dwar it-truppi Amerikani fis-Sirja waslu hekk kif Ankara qiegħda thedded li se twettaq offensiva ġdida fis-Sirja. Sal-lum, il-forzi Amerikani fis-Sirja kienu meqjusa bħala fattur ta’ stabbiltà u anke sa ċertu punt waqqfet lit-Turkija milli tieħu azzjonijiet ko­ntra l-SDF fis-Sirja. 

    It-tluq tat-truppi Amerikani mis-Sirja xorta jħalli preżenza sostanzjali Amerikana f’dan ir-reġjun, hekk kif fl-Iraq l-Istati Uniti għandha 5,200 suldat.

    Simili

  • Agħżel storja li tixtieq tikkummenta dwarha u agħfas fuq il-ħolqa "ikkummenta" li tinsab taħt l-artiklu.

    Wara dan tinfetaħlek tieqa fejn tintalab tirreġistra. Agħfas fuq "irreġistra" u imla d-dettalji kif mitlub. Importanti li kull dettall imdaħħal ikun korrett. Minkejja li tintalab timla indirizz tal-imejl li huwa eżistenti u mhux fittizju, inti xorta tista' tikkummenta b'mod anonimu.

    Wara li tibgħat id-dettalji tiegħek, se tirċievi imejl fuq l-indirizz li rreġistrajt bih. F'din l-imejl se tirċievi security code.

    Ikkupjah u daħħlu fit-tieqa tar-reġistrazzjoni. Din hija proĊedura li ssir darba.

    Minn hemm 'il quddiem tkun tista' tikkummenta fuq kull artiklu bin-nom-de-plume tal-għaໝla tiegħek. Jekk issib xi diffikultà tiddejjaq xejn tikkuntattjana fuq 2590 0288.

Kummenti: 0

    0